Arkivji mensili: Frar 2018

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

  • San Luqa 5:27-32 

    F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh.

    Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

    Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”…

  • Kompli aqra »

The 15:17 to Paris

  • ***

    Direttur:          Clint Eastwood

    Atturi:              Anthony Sadler, Alek Skarlatos, Spencer Stone, Judy Greer, Jenna Fisher, Tony Hale, Thomas Lennon u Ray Carasani

    Ħin tal-Film:    94 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Anthony Sadler, Alex Skalatos u Spencer Stone saru jafu lil xulxin bħala studenti fi skola Kristjana ġewwa California…

  • Kompli aqra »

Pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar

  • Nhar il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Frar 2018, f’Ħaż-Żabbar, ser isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies, bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja.

    Il-pellegrinaġġ ser jibda fl-4:15 p.m. u ser jitmexxa mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP u wara li tidħol l-istatwa tal-MAdonna fis-Santwarju, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.

    Snin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Frar

  • San Mattew 9:14-15 

    F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. 

    Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”.

  • Kompli aqra »

Phantom Thread

  • Direttur:          Paul Thomas Anderson

    Atturi:              Daniel Day-Lewis, Lesley Manville, Vicky Krieps, Camilla Rutherford, Gina McKee, Brian Gleeson, Harriet Sanson Harris u Lujza Richter

    Ħin tal-Film:    130 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Fis-snin ħamsin, ġewwa Londra, nsibu lil Reynolds Woodcock, magħruf sew bħala disinjatur u kreatur tal-ħwejjeġ tan-nisa għall-membri tas-soċjetà sinjura u nobbli fl-Ingilterra u anke fl-Ewropa…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Ir-Randan hu ż-żmien biex ‘tieqaf’, ‘tara’ u ‘tirritorna’ għall-ħlewwa tal-Mulej

  • Pope Francis urged believers to unmask the demons that deaden and paralyze the soul to allow their hearts to beat in tune with the vibrant heart of Jesus.

    The Pope was speaking during the homily as he celebrated Holy Mass for Ash Wednesday at the Basilica of Santa Sabina on the Aventine hill in Rome.

    During the homily which resounded with the invitation to “Pause” in order to look and contemplate, to “See” the real face of Jesus and to “Return” without fear, to experience the healing and reconciling tenderness of God, the Pope said the season of Lent is a time “to remedy the dissonant chords of our Christian life.”

    Please find below the full text of Pope Francis’ homily:

    The season of Lent is a favourable time to remedy the dissonant chords of our Christian life and to receive the ever new, joyful and hope-filled proclamation of the Lord’s Passover…

  • Kompli aqra »

12 Strong

  • Direttur:          Nicolai Fuglsig

    Atturi:              Chris Hemsworth, Michael Shannon, Michael Pena, Navid Negahban, Trevante Rhodes, Geoff Stults u Thad Luckinbill

    Ħin tal-Film:    130 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Kull Amerikan adult jiftakar fejn kien u x’kien qiegħed jagħmel f’dik il-għodwa tal-11 ta’ Settembru, 2001…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Scicluna jħalli Malta għall-missjoni fdata lilu mill-Papa Franġisku

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ser iħalli Malta fuq xogħol assenjat lilu mill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. L‑Arċisqof ser iżur New York u ċ‑Ċilì għal numru ta’ laqgħat privati. Huwa jirritorna Malta l‑Ħadd, 25 ta’ Frar 2018.

    L‑Ufficcju Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill‑midja li Mons. Arċisqof mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti kummenti jew iwieġeb mistoqsijiet b’rabta mal‑missjoni fdata lilu.

    Fl‑assenza ta’ Mons…

  • Kompli aqra »

Dan ir-Randan irid jibda mill-qalb – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    14 ta’ Frar 2018

    First of all a warm welcome to our English speaking friends. A blessed Lent to you all.

    Fil-bidu ta’ dan l-istaġun solenni, il-Kelma ta’ Alla għandha urġenza partikolari. “Araw, issa hu ż-żmien tajjeb, araw, issa hu jum is-salvazzjoni” (2 Kor 6, 2)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

  • San Luqa 9:22-25 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.

    Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha…

  • Kompli aqra »