Arkivji mensili: Frar 2018

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prepostu Arċipriet ta’ Birkirkara: Il-missjoni tiegħek hi li tagħti kuraġġ lill-poplu Nisrani biex ma jibżax mit-telgħa tas-salib

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali Sant’Elena, Birkirkara
    8 ta’ Diċembru 2017

    Għażiż Mons. Prepositu Arċipriet, għażiż Mons. Paul Vella, nixtieq naqsam miegħek ftit ħsibijiet f’dan il-mument għażiż għalik, u jiena persważ ukoll, li inti għażiż għal din il-kolleġġjata għażiża u għal din il-parroċċa.

    Qegħdin niċċelebraw solennità kbira: it-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Omm Alla Marija…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan

  • Bejn is-Sibt 3 u t-Tnejn 5 ta’ Frar 2018 l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan.  

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Arċisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Alwigi, mal-anzjani f’Casa Antonia, mal-vittmi ta’ vjolenza domestika f’Dar Merħba Bik u mal-pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva mill-Hospice Malta. Mons. Arcisqof iltaqa’ wkoll ma’ familji refuġjati residenti fil-Parrocca ta’ Ħal Balzan, u mas-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu sehem fil-Parrocca…

  • Kompli aqra »

Randan 2018: “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna” (Mt 24:12)

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2018

  • Għeżież ħuti,

    Għal darb’oħra riesaq lejna l-Għid tal-Mulej! Biex nitħejjew għalih, il-Providenza ta’ Alla toffrilna ta’ kull sena ż-żmien tar-Randan, “sinjal sagramentali tal-konverżjoni tagħna”,[1] li jħabbar u jwettaq il-possibbiltà li nerġgħu lura lejn il-Mulej b’qalbna u b’ħajjitna kollha.

    Din is-sena wkoll, b’dan il-messaġġ, nixtieq ngħin lill-Knisja kollha tgħix bil-ferħ u l-verità dan iż-żmien ta’ grazzja; u dan nagħmlu billi nħalli tnebbaħni espressjoni ta’ Ġesù fil-Vanġelu ta’ Mattew: “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna” (24:12)…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: Sib ftit ħin ta’ silenzju kuljum u nġabar fil-preżenza tal-Mulej

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala parti mill-Viżta Pastorali f'Ħal Balzan

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan
    4 ta’ Frar 2018

    L-Ewwel Qari li smajna llum huwa wieħed partikolari ħafna: il-Ktieb ta’ Ġob. Huwa ktieb li jipprova jirrispondi għall-mistoqsija li, ħafna drabi, tissieħeb ma’ dubji kbar anke dwar l-eżistenza ta’ Alla u l-mistoqsija hija: għaliex l-innoċenti jbati? 

    It-tbatija tal-innoċenti, b’mod speċjali meta narawha fit-tfal, f’dawk li m’għamlu ħsara lil ħadd, tqanqal mistoqijiet kbar…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Malti George Frendo jinħatar President tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija

  • L-Arċisqof Malti ta’ Tiranna-Durres, Mons. George Frendo O.P., inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija. Qabel inħatar president, Mons. Frendo kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-istess Konferenza Episkopali. L-Isqof tal-Albanija ta’ Isfel, Mons. Giovanni Peragine, inħatar bħala l-Viċi President, filwaqt li l-Isqof ta’ Rreshen, Gjergj Mera laħaq Segretarju Ġenerali. Mons. Frendo twieled Ħal Qormi fl-4 ta’ April 1946 u wara li temm l-edukazzjoni primarja u sekondarja ħaddan l-Ordni tal-Predikaturi (Dumnikan) fl-1962 u s-sena ta’ wara għamel l-ewwel professjoni tiegħu…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

  • San Mark 7:1-13 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż…

  • Kompli aqra »

The Florida Project

  • ****

    Direttur:          Sean Baker

    Atturi:              Willem Dafoe, Brooklynn Prince, Bria Vinaite,Valeria Cotto, Christopher Rivera, Mela Murder u Caleb Landry Jones

    Ħin tal-Film:    111 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Moonee, tifla ta’ sitt snin, tgħix m’ommha Halley, omm żgħażugħa li minn dak li wieħed jista’ jiġġudika ma tantx kellha kontroll fuq ħajjitha b’riżultat negattiv fuq bintha…

  • Kompli aqra »

Early Man

  • ****

    Direttur:          Nick Park

    Ilħna:               Eddie Redmayne, Tom Hiddleston, Maisie Williams, Timothy Spall, Richard Ayoade, SelinaGriffiths u Johnny Vegas

    Ħin tal-Film:    89min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Ninsabu lura fi żmien il-pre-istorja fejn niltaqgħu ma’ Dug, li kien jgħix ma’ sħabu f’għerien bħala djarhom.  Dug kellu lil Hognob, bħala ħabib intimu…

  • Kompli aqra »

Rapporti dwar ‘Quddies’ f’lukandi

  • Wara diversi rapporti li saru dwar ‘Quddies’ f’lukandi partikulari, il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża lill-pubbliku li Mario Clayton Camilleri (ritratt) mhuwiex saċerdot tal-Knisja Kattolika u ma jiċċelebrax Quddiesa tal-Knisja Kattolika.

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Ħal Balzan: “Il-komunità Nisranija trid tħoss din l-urġenza: li twassal il-kelma ta’ Ġesù lill-ġenerazzjoniet li telgħin”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali f'Ħal Balzan

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan
    3 ta’ Frar 2018

    Fil-bidu tal-Evanġelju li għadna kemm smajna jissemmew żewġ koppji ta’ aħwa: Ġakbu u Ġwanni u Xmun u Indrì. Dawn l-ismijiet ifakkruna li kienu l-ewwel dixxipli tal-Mulej, iltaqa’ magħhom fix-xatt tal-għadira ta’ Tiberijade jew il-Baħar tal-Galilija li huwa lake enormi u sejħilhom: “Imxu warajja” (Mk 1, 17)…

  • Kompli aqra »