Arkivji mensili: Marzu 2018

Celebrating Women in Theology

  • On Thursday, International Women’s Day, the Faculty of Theology and Għaqda Studenti tat-Teoloġija will hold a discussion on the role and achievements of women in Theology.

     Held between 6pm and 7pm, at the Faculty of Theology’s boardroom (Room 317), the event will bring together past and present students to foster a spirit of dialogue and acknowledge the contribution of women studying, practising and living Theology locally…

  • Kompli aqra »

Festa ġdida għall-Knisja

  • Minn din is-sena, it-Tnejn ta’ wara l-Għid il-Ħamsin ser ikun iddedikat lill-Beata Verġni Marija Omm il-Knisja, festa ġdida li l-Papa Franġisku daħħal fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika Rumana.

    Permezz ta’ din il-festa l-Papa jixtieq ifakkar lid-dixxipli kollha ta’ Kristu li, jekk irridu nikbru u nimtlew bl-imħabba tal-Mulej, irridu nibnu ħajjitna fuq tliet realtajiet: is-salib, l-Ewkaristija u l-Verġni Marija.

    L-għażla tal-ġurnata għandha għeruq bibliċi…

  • Kompli aqra »

L-isbaħ xewqat u talb għall-Arċisqof Scicluna

  • Nirringrazzjaw lil Alla li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna issa jinsab tajjeb, wara li kellu jidħol l‑isptar f’Santiago biex isirlu intervent waqt il‑missjoni fiċ‑Ċilì li l‑Papa Franġisku fdalu f’idejh.

    Nuru s‑solidarjetà sħiħa tal‑Knisja f’Malta u Għawdex mal‑Arċisqof Scicluna. Inħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nitolbu għalih ħalli jagħmel konvalexxenza tajba u jkompli jaqdi lil Kristu u lill‑Knisja b’dedikazzjoni sħiħa…

  • Kompli aqra »

Ngħożżu d-Dar ta’ Alla u minnha nirċievu l-enerġija – Il-Vigarju Ġenerali

  • Omelija tal-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi
  • Knisja ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Bubaqra
    3 ta’ Marzu 2018

    Ħamsin sena ilu bħal-lum, l-Arċisqof Mikiel Gonzi kien hawnhekk biex imexxi l-konsagrazzjoni ta’ din il-knisja ddedikata lil Marija Mtellgħa s-Sema. Meta tela’ biex jikkonsagra s-slaleb, għenu Dun Salv Farrugia, is-saċerdot li ddedika ħajtu b’impenn u b’ġenerożità għall-komunità ta’ Bubaqra…

  • Kompli aqra »

L-Epilessija: Kif insibu l-għajnuna

Konferenza Nazzjonali fuq L-Epilessija 2018

  • L-Epilessija ħafna drabi hija kundizzjoni medika moħbija, iżda taffettwa aktar minn 4,000 persuna f’Malta u Għawdex. Meta wieħed isir jaf li membru tal-familja jew xi lil xi ħadd qrib tiegħu għandu l-epilessija  din tista’ jkun xokk kbir, u jkun hemm ħafna mistoqsijiet dwar it-trattament,  x’taħseb is-soċjetà u l-istigma li hemm fuq din il-kundizzjoni. Id-dijanjosi tista’ wkoll teħtieġ diversi servizzi mediċi u ta’ appoġġ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

  • San Mattew 18:21-35 

    F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

    Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt il-Quddiesa: Il-fidi mhijiex spettaklu imma li taħseb bħal Ġesù

  • According to Pope Francis, faith and religion are not a “show”, but a way of converting our thoughts to the ways of Christ.  Delivering a homily at his morning Mass on Monday at the Vatican’s Casa Santa Marta chapel, Pope Francis said that through the readings of the day, the Church wants us to reflect on the conversion of our thoughts, way of thinking, as well as our actions and feeling in conformity with Christ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

  • San Luqa 4:24-30 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Inawgurata l-istatwa ta’ Ġesù Redentur fl-Isla

  • Wara disa’ xhur ta’ studju u xogħol intensiv ta’ restawr u konservazzjoni, is-Sibt filgħaxija, 3 ta’ Marzu 2018, ġiet inawgurata l-istatwa ta’ Ġesù Redentur fil-Bażilika tal-Isla. 

    Matul ir‑Randan kollu, l‑istatwa ser tkun għall‑qima u d‑devozzjoni tal‑pubbliku fil‑Bażilika stess. Wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa ser isir trattament speċjali li jipproteġi din x‑xbieha mill-elementi, u għalhekk, matul ix‑xahar ta’ April, ir‑Redentur mhux ser ikun espost għall‑qima tal‑pubbliku…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Marzu

  • It-Tielet Ħadd tar-Randan

    Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kien jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed.

    U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura: “Il-ħeġġa għal darek fnietni”…

  • Kompli aqra »