Arkivji mensili: April 2018

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

  • San Mark, Evanġelista – Festa

    San Mark 16:15-20 

    F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu”…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mil-Life Network Foundation b’reazzjoni għall-pożizzjoni tal-Kummissarju tat-Tfal

  • Il-Fondazzjoni Life Network tinsab ferm inkwetata bil-pożizzjoni tal-Kummissarju għat-Tfal dwar l-Abbozz li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni maħruġa nhar it-23 t’April 2018.

    Il-Kummissarju għat-Tfal, li skont il-liġi tagħna għandha d-dmir li tħares l-aħjar interessi tat-tfal kollha, kemm dawk imwielda kif ukoll dawk għadhom mhux imwielda, għażlet li tabdika d-dmirijiet tagħha u taqbel ma’ Abbozz ta’ liġi li jneħħi l-aħjar interess tat-tfal miċ-ċentru tal-Att dwar il-Protezzjoni talEmbrijuni…

  • Kompli aqra »

“Wassal għand il-familji tal-Furjana l-imħabba ta’ Ġesù” – L-Arċisqof lill-Arċipriet il-ġdid tal-Furjana

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Charles Cini bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta' San Publiju, il-Furjana

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Furjana
    11 ta’ April 2018

    “Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu” (Ġw 20:29).  Din hija l-aħħar beatitudni li nisimgħu fl-Evanġelju. Diversi drabi l-Mulej Ġesù jsemmi l-barkiet: hemm il-barkiet tal-beatitudnijiet fuq il-muntanja, it-tmienja li huma; hemm il-barka li jgħid lil Pietru: “Ħieni int għax mhux id-demm u l-laħam għarrfek dan, imma Missieri” (ara Mt 16:17); hemm l-hena ta’ omm Ġesù: “Ħienja int li emmint dak li qallek il-Mulej” (ara Lq 1:45); u hemm din il-beatitudni li hija l-beatitudni tagħna “Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu.”

    Aħna ma rajniex lil Ġesù jterraq fid-dinja, ma rajniex il-mirakli tiegħu, ma smajnihx jitkellem…

  • Kompli aqra »

President ġdid tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi (K.S.M.R.)

  • Fr Michael Bugeja SJ ġie elett President tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi (K.S.M.R.). Dan wara li s-Superjuri Maġġuri Rġiel u Nisa tal-Ordnijiet Reliġjużi f’Malta u f’Għawdex iltaqgħu biex jivvutaw għal president ġdid tal-K.S.M.R. Qabel Fr Michael Bugeja, il-President tal-K.S.M.R. kien Patri Ray Francalanza OSA. 

    Il-Kunsill tal-K.S.M.R. huwa ffurmat minn:

     

    President KSMR: Rev. Fr Michael Bugeja SJ

    Imejl: [email protected]

    Indirizz:  Loyola House, Delegate’s Office, Triq il – Marquis Scicluna, Naxxar…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiċċelebra jum l-onomastiku tiegħu mal-foqra u l-persuni fil-bżonn

  • Photo: Pope Francis at lunch with the poor of Molise, Italy, 5 July, 2014.  

  • Pope Francis on Monday marked the feast of his namesake, Jorge (George), in his characteristic unassuming way, spending time with the needy and homeless of Rome, the Office of Papal Charities said in a brief note.  It said that on this occasion it would distribute 3000 ice creams to the poor and homeless who daily come to soup kitchens, dormitories and other places run mostly by Caritas in the Italian capital. 

    Pope Francis was born Jorge Mario Bergoglio  to parents of Italian descent on 17 December 1936 in Buenos Aires, Argentina.  He was baptized Jorge, the Spanish for George, at Christmas that year in the Basilica of Mary Help of Christians in Buenos Aires…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

  • It-Tlieta tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 10:22-30 

    F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”.

    Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija…

  • Kompli aqra »

‘Il-komunità Nisranija tħares lejn ir-ragħajja tagħha u titlob biex ikunu ragħajja li jagħtu ħajjithom, ikunu qrib il-merħla u li jobdu lill-Missier’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jibda l-Viżta Pastorali f'Ħ'Attard u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella tad-Dar tal-Anzjani ‘Santa Katerina’, Ħ’Attard

    21 ta’ April 2018

    Ippermettuli niba b’nota personali. Issa ilu iżjed minn 25 sena, Madre Marija, tiftakar li kont niġi nqaddes hawnhekk kuljum tas-6:45 ta’ filgħodu bil-mutur mill-Iklin? u Ma’ din il-kappella għażiża għandi ħafna memorji sbieħ, nixtieq inġeddidhom u nirringrazzja ’l Alla li qed nibda ż-żjara pastorali f’Ħ’Attard propju minn hawnhekk, minn din il-kappella li fiha qaddist għal diversi snin…

  • Kompli aqra »

Every Life Matters Conference

  • As prenatal tests proliferate, the medical and broader communities perceive that such testing is a logical extension of good prenatal care. But prenatal tests are also criticized by the disability rights community, which contends that advances in science should be directed at improving their lives, not preventing or annihilating them.

    Great misconceptions exist in the community at large as well as within the medical profession on living life with disability…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

  • It-Tnejn tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 10:1-10

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra…

  • Kompli aqra »