Yearly Archives: 2018

Il-Papa jasal fiċ-Ċilì

  • Pope Francis has arrived in Chile, beginning a week-long Apostolic journey that will take him to 6 cities in as many days in Chile and Peru. This his 6th apostolic visit to Latin America. The Pope was met at Santiago International airport by Chilean President, Michelle Bachelet, and the President of the country’s Bishops’ Conference. There were no official discourses as the Pope went immediately to the Apostolic Nunciature to rest…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Jitlesta r-restawr tal-faċċata tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Ix-xogħlijiet tar-restawr fuq il-faċċata tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann tlestew. Dan il-proġett inkluda d-daħla prinċipali, il-ġnub, il-kampnari, l-arloġġ u d-dewwiema. Din hija l-ewwel darba li l-faċċata tal-kon-katidral għadda minn restawr b’reqqa bħal dan. Dan kollu jkopri aktar minn 2,000 metru kwadru. Il-proġett beda fl-2014 mill-Ministeru għall-Kultura u mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, permezz ta’ ħaddiema mid-Direttorat tar-Restawr.

    Il-President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, Wilfrid Buttigieg spjega kif dan l-proġett ta’ restawr kien parti mill-fażi inizzjali fil-preparazzjoni ta’ pjan shih ta’ illuminazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, li huwa monument ikona fiċ-ċentru tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura…

  • Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara

  • Bejn nhar il‑Ħamis, 18 ta’ Jannar, u l-Ħamis, 25 ta’ Jannar 2018, ser tiġi ċċelebrata l‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Lemintek, Mulej, issebbħet fil‑qawwa” (Eż 15:6).

    Għal din l‑okkażjoni, nhar il‑Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil‑Bażilika tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, l‑Isla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

  • San Mark 2: 23-28 

    F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul.

    U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

    U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”. 

    U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Quddiesa għall-għarajjes li ser jiżżewġu matul l-2018

  • Is-Sibt 13 ta’ Jannar 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-koppji għarajjes li ser jiżżewġu bil-Knisja matul din is-sena. Il-Quddiesa saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u kienet organizzata mill-Moviment ta’ Kana. Il-kor li jinsab wara l-artal maġġuri serva wkoll ta’ spazju għall-koppji numerużi li attendew u ħonqu l-Konktidral ta’ San Ġwann. 

    Ir-ritratti kollha jinsabu fuq il-websajt tar-Ritratti Uffiċjali tal-Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt il-Quddiesa għall-imigranti u r-refuġjati: “Negħlbu l-biżgħat u nilqgħu lill-oħrajn”

  • There was something even more international than usual about the celebration in St Peter’s Basilica this Sunday. The sounds were those of the youthful and multilingual voices of the Hope choirs. The colors were those of the flags and multicultural costumes of the 49 nations represented. Over 70 countries were present in the person of their Ambassador to the Vatican…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

  • San Mark 2:18-22 

    Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. 

    Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar…

  • Kompli aqra »

“Tħallux it-tieġ inessikom iż-żwieġ” – L-Arċisqof lill-għarajjes

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2018

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    13 ta’ Jannar 2018

    Is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna hi dizzjunarju ċkejken għan-Nisrani. Fil-fatt hemm ċertu kliem, li kultant aħna neħduh for granted, li San Ġwann, li kiteb ir-raba’ Evanġelju, jispjegah.

    L-ewwel kelma li jfisser hija l-kelma ‘rabbi’ li tfisser mgħallem u dan huwa l-ewwel titlu ta’ Ġesù ta’ Nazaret, tal-mastrudaxxa li beda jsejjaħ id-dixxipli tiegħu…

  • Kompli aqra »

Statistika dwar il-Knisja fiċ-Ċilì u l-Perù

  • Pope Francis will visit Chile and Peru from the 15th till the 22nd January 2018. In Chile, he will visit the capital Santiago, Temuco and Iquique and in Peru he will pass through Lima, Puerto Maldonado and Trujillo. It will be the pope’s sixth trip to Latin America. He has already been to Brazil, Ecuador, Bolivia, Paraguay, Cuba, Mexico and he will visit Colombia in September of this year…

  • Kompli aqra »