Arkivji mensili: Jannar 2019

Attakk bomba fuq knisja fin-Nofsinhar tal-Filippini tħalli 20 persuna mejta

  • The inside of the Cathedral of Our Lady of Mount Carmel in Jolo, the Philippines after a bomb attack on Jan. 27, 2019.  

     

  • Two bomb blasts during Mass at a Catholic cathedral on a Philippine island in the predominantly Muslim south, have killed at least 20 people and wounded some 80. 

    The first explosion went off inside the Cathedral of Our Lady of Mount Carmel of the Apostolic Vicariate of Jolo, in Sulu province, and was followed by a second blast outside, which was detonated as security forces raced to the scene, officials said…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 9, 15.24-28
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6

    L-Evanġelju: Mark 3, 22-30

  • F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? …

  • Kompli aqra »

“Ejjew ninbidlu iżjed f’dixxipli tal-Mulej” – L-Arċisqof fil-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl

Quddiesa fil-Vġili tal-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    26 ta’ Jannar 2019

    “Min jemmen u jitgħammed isalva” (Mk 16:16). Dan il-kliem mill-Evanġelju skont San Mark li għadna kemm qrajna u li nisimgħuh ukoll fl-10 ta’ Frar, jiġbor fih il-festa li bdejna niċċelebraw illejla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Jannar

  • It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Neħ 8, 2-4a. 5-6. 8-10
    Salm: 18 (19), 8. 9. 10. 15
    It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 12-30

    L-Evanġelju: Luqa 1, 1-4; 4, 14-21

  • Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma…

  • Kompli aqra »

Il-pubblikazzjoni tal-istħarriġ ikkummissjonat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

  • Iċ‑ċensiment tal-attendenza tal‑Quddies tal‑Ħadd li ġie kkummissjonat lid‑Discern (l‑istitut tal‑Knisja għar‑riċerka) u li sar bejn it-2 u t-3 ta’ Diċembru 2017 huwa disponibbli għall-pubbliku mill-Kurja tal-Arċisqof għall-prezz ta’ €25.

    Ir-rapport tal-istħarriġ dwar il-fidi u l-attendenza tal-Quddies li ġie kkummissjonat lil Misco International u li sar bejn l-4 u t-8 ta’ Diċembru 2017 huwa disponibbli hawnhekk.

    Din ir‑riċerka li ried l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Vigarju Episkopali ġdid għall-Kleru u l-Parroċċi

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Noel Vassallo bħala Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi. Huwa ser jieħu post Mons. Frans Abdilla.

      Dun Noel Vassallo twieled l-lmġarr fit-23 ta’ Diċembru 1957. Huwa ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. L-ewwel impenn pastorali tiegħu kien fid-djar tat-tfal tal-Knisja waqt li kien jgħin ukoll fil-parroċċa tal-lmġarr. Fl-1991 inħatar direttur tad-djar tat-tfal tal-Knisja fejn serva għal sitt snin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Tim 1: 1-8
    Salm: 95, 1-3.7-8a

    L-Evanġelju: Luqa 10: 1-9

  • F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu…

  • Kompli aqra »

Is-Sinjali taż-Żminijiet

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • L‑iskyline Malti sar iddominat minn numru esaġerat ta’ krejnijiet, tistħajjilhom mostri medhija jieklu bla rażan l‑ispazji u l‑binjiet sbieħ—kultant ta’ valur storiku—tal‑ibliet u l‑irħula tagħna. L‑ironija hi li min qed iħaxxen butu minn dan kollu jrid jbellagħlna r‑ross bil‑labra li dan kollu hu żvilupp li Malta ma tistax tgħaddi mingħajru għax hekk jitlob il‑progress. Jekk dan kollu hu żvilupp, allura għaliex tmur fejn tmur fil‑gżejjer tagħna tisma’ ħafna tgergir fuq il‑bini eċċessiv li ftit ftit qed jifni lil pajjiżna? …

  • Kompli aqra »