Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Marzu 2019
28/02/2019-
It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2019, fil‑7:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil tliet seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.
L-Erbgħa 6 ta’ Marzu, Ras ir-Randan, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra
l-Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu, fil-12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l‑irtir tar‑Randan għall‑impjegati tal‑Kurja, il‑Caritas u t‑Tribunal Ekkleżjastiku, fid-dar tal-irtiri Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq…