Arkivji mensili: February 2019

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Marzu 2019

  • It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2019, fil‑7:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil tliet seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

    L-Erbgħa 6 ta’ Marzu, Ras ir-Randan, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra
    l-Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu, fil-12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l‑irtir tar‑Randan għall‑impjegati tal‑Kurja, il‑Caritas u t‑Tribunal Ekkleżjastiku, fid-dar tal-irtiri Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju fil-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Monasteru tal-Benedittini, l-Imdina

    25 ta’ Frar 2019

    Il-Beata Maria Adeodata Pisani, li ssejħet bir-raġun “ġawhra umli tal-ħajja kkonsagrata u monastika,” ma kellhiex ħajja twila. Meta mietet kienet lanqas għalqet il-50 sena – hawn min qiegħed f’dan il-monasteru li għandu kważi d-doppju ta’ kemm kellha hi meta mietet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 5, 1-10
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Mk 9, 41-50

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 4, 12-22
    Salm: 118 (119), 165.168.171.172.174.175

    L-Evanġelju: Mk 9, 38-40

     

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”.

    Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi…

  • Kompli aqra »

F’Marzu se jiġi ppubblikat dokument dwar is-Sinodu taż-Żgħażagħ

  • The Vatican announced Sunday that Pope Francis will publish in March a post-synodal exhortation on last October’s synod on young people, faith, and vocational discernment.

    The papal document, for which a title has not yet been announced, will be released March 25 during a papal trip to Loreto, Italy, the location of the Shrine of the Holy House of Loreto, where Pope Francis will present the document to the Blessed Virgin Mary…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2019

  • Dear Brothers and Sisters,

    Each year, through Mother Church, God “gives us this joyful season when we prepare to celebrate the paschal mystery with mind and heart renewed… as we recall the great events that gave us new life in Christ” (Preface of Lent I). We can thus journey from Easter to Easter towards the fulfilment of the salvation we have already received as a result of Christ’s paschal mystery – “for in hope we were saved” (Rom 8:24)…

  • Kompli aqra »

L-anzjani: Parteċipanti attivi u mhux spettaturi

  • HelpAge, taqsima fi ħdan Caritas Malta, għandha ħafna għal qalbha  d-dinjità tal-anzjani u  fid-19, 20 u 21 ta’ Frar, xahar iddedikat għall-imħabba, organizzat tlett ijiem ta’ festa bit-tema – Love is Patient, Love is Kind, f’lukanda f’Tas-Sliema.

    Għal din il-festa attendew madwar 400 anzjan minn diversi parroċċi f’Malta.  

    L-attività kienet tinkludi quddies iċċelebrata minn Mons…

  • Kompli aqra »

‘Il-ġentilezza ta’ Fr Noel kienet tidher fit-tbissima, fl-umiltà u fil-qalb kbira tiegħu’ – L-Isqof Awżiljarju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir, Tas-Sliema

    25 ta’ Frar 2019

    “Mulej ma tkabbritx qalbi, anqas ma ntrefgħu għajnejja. Jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar jew wara ħwejjeġ ogħla minni, imma żammejt ruħi fis-skiet u fil-kwiet bħal tarbija f’ħoġor ommha”.

    Dan il-kliem minn Salm 130, li qiegħed fis-santa-tifkira ta’ Fr Noel Vella, narah jiġbor b’mod sabiħ ħafna l-ħajja ta’ Fr Noel, li llum qegħdin insellmu waqt li niċċelebraw il-passaġġ tiegħu għall-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 2, 1-13
    Salm: 36 (37), 3-4.18-19.27-28.39-40

    L-Evanġelju: Mk 9, 30-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”…

  • Kompli aqra »