Arkivji mensili: Mejju 2019

Inawgurazzjoni tal-faċilitajiet sportivi tal-Iskola St Dorothy’s

  • Message by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

  • St Dorothy’s School, Ħaż-Żebbuġ

    13th May 2019

    I’m very happy to be here today for the inauguration of the sports track. It’s so encouraging to see the tremendous development of school facilities, providing students with the resources and the environment that can promote their physical health…

  • Kompli aqra »

23 akkademiku jipparteċipaw fir-raba’ konferenza internazzjonali tal-Fakultà tat-Teoloġija

  • The Faculty of Theology within the University of Malta organised a two-day international conference on “Reconsidering Transcendence. Between Presence and Absence” held between the 10th and 11th May 2019.

    Professor Yvonne Dohna Schlobitten from the Pontifical Gregorian University in Rome delivered the opening lecture while Professor Gianluigi Pasquale from the Pontifical Lateran University in Rome gave a keynote lecture on the second day of the conference…

  • Kompli aqra »

“Frott imbierek tal-ġuf tiegħek” – Omelija tal-Isqof Awżijarju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

    11 ta’ Mejju 2019

    “Urina…lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.” Hi din it-talba li nagħmlu lill-Madonna fis-Salve Regina. Hi din it-talba li tiġini f’moħħi meta nħares lejn din il-pittura sabiħa tal-Madonna tal-Mirakli.

    Hekk qed tagħmel Marija: qed turina lil Ġesù, il-frott imbierek tal-ġuf tagħha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

  • San Mattija, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 1: 15-17. 20-26
    Salm: 112, 1-8

    L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid ta’ Ħ’Attard

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħ’Attard

    5 ta’ Mejju 2019

    Għażiż Fr Joe, għażiż kappillan, illum Ġesù jissokta jgħidlek: “Ejja warajja” (Ġw 21:19). Tajjeb tiftakar fl-ewwel sejħat li l-Mulej għamillek ftit taż-żmien ilu. Ftakar kemm-il darba minħabba l-wegħda tal-ubbidjenza, kellek tgħidlu iva u dejjem b’xi avventura ġdida.

    Illum qed jafdalek komunità kbira, realtà mżewqa li teħtieġ ragħaj fuq tradizzjoni qawwija ta’ ragħajja tajba li din il-lokalità ta’ Ħ’Attard kellha sa minn dejjem…

  • Kompli aqra »

32 anniversarju mill-mewt ta’ Dun Mikiel Azzopardi

  • Fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret ċelebrazzjoni ewkaristika biex jitfakkar it-32 anniversarju mill-mewt ta’ Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Għal din il-Quddiesa attendew għadd ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987.

    Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza flimkien ma’ Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
    Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

    L-Evanġelju: Ġw 10, 1-10

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra…

  • Kompli aqra »

Inwegħedkom il-ferħ tal-Ispirtu s-Santu – L-Arċisqof lid-djakni l-ġodda

L-ordinazzjoni djakonali ta' ħames seminaristi: Osmar Baldacchino, David Borg, Christopher Bugeja, Jonathan Debattista u Tony Pace.

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    12 ta’ Mejju 2019

    Intom ċapċaptu bil-qalb, imma għaliex? Għaliex aħna qegħdin nilqgħu rigal kbir li qed jagħtina l-Mulej: ħamest irġiel, uħud iżgħar mill-oħrajn, li qed jagħtu ħajjithom b’servizz totali lil Alla u li jridu jidħlu fl-avventura li jkunu ragħajja tal-poplu qaddis tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Mejju

  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 14. 43-52
    Salm: 99 (100), 2.3.5
    It-Tieni Qari: Apok 7, 9.14b-17

    L-Evanġelju: Ġw 10, 27-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd…

  • Kompli aqra »