Is-sejħa tagħna hi li nxerrdu l-ferħ – L-Isqof Awżiljarju fil-festa ta’ Santa Marija Assunta
Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, fl-Imġarr Malta
19/08/2019- L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
-
Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, l-Imġarr
18 ta’ Awwissu 2019Il-festa ta’ Marija mtellgħa s-sema hija festa għażiża għall-Maltin. Mhux biss għax id-devozzjoni lejn Marija Assunta hi antika u mifruxa, imma wkoll minħabba r-rabta li hemm mal-istorja ta’ Malta. Kien fi żmien it-Tieni Gwerra meta l-Maltin talbu lill-Madonna, u l-Konvoj ta’ Santa Marija daħal proprju f’Malta fil-15 ta’ Awwissu 1942 biex Malta setgħet issalva…