Arkivji mensili: Novembru 2019

Nitlobkom tagħmlu ħilitkom biex tkunu komunità li tilqa’ – L-Arċisqof lill-parruċċani tal-Marsa

Quddiesa tal-Pussess tal-Kapillan P. Dominic Mangani OFM

  Il-Knisja Parroċċa tas-Santissima Trinità, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ftit tal-ġimgħat ilu qrajna kapitlu sabiħ minn dan l-istess Evanġelju, mill-Evanġelju skont San Luqa, il-kapitlu 15 li fih Ġesù jagħtina tliet parabboli dwar il-ħniena: ir-ragħaj li ntilfitlu nagħġa u mar ifittixha, il-mara armla li ntilfitilha munita prezzjuża ħafna (drakma) u qagħdet tfittixha mad-dar kollha, u l-missier li kellu żewġ ulied u wieħed minnhom telaq.

It-tliet parabboli għandhom xi ħaġa in komuni; Ġesù fit-tliet parabboli jitkellem fuq xi ħaġa jew xi ħadd li ntilef, instab u mbagħad issir festa kbira… Kompli aqra »

Kontra l-Vjolenza – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Last Sunday’s disturbance at the Open Centre in Hal Far, and the events that followed, should serve as an opportune moment to pause for reflection.

I have the utmost respect for the work undertaken by personnel at Malta’s open centres, who I know do their best in extremely challenging circumstances. I also understand the frustration felt by African migrant residents who were forced to flee their homeland in search of a better life and are living in extremely difficult conditions… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 11, 29-36
Salm: 68 (69), 30-31.33-34.36-37

L-Evanġelju: Lq 14, 12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kap tal-fariżej li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Novembru

Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 11, 22 – 12, 2
Salm: 144 (145), 1-2.8-9.10-11. 13ċd-14
It-Tieni Qari: 2 Tess 1, 11 – 2, 2

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani… Kompli aqra »

Filmat: It-tnedija tal-ktieb tal-Arċisqof ‘Religion and the 1921 Malta Constitution, Genesis and Implications’

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna nieda ktieb ġdid bl-isem ‘Religion and the 1921 Malta Constitution, Genesis and Implications’.

F’dan il-ktieb, l-Arċisqof jistħarreġ l-oriġini u d-diskussjoni li saret fil-bidu tas-seklu 20 biex ir-reliġjon Kattolika tiddaħħal fil-liġijiet Maltin. Fil-ktieb hemm dokumentat id-diskussjoni li saret, ir-rapporti li tħejjew u l-personalitajiet li b’xi mod jew ieħor kienu involuti fl-ewwel żewġ deċenji tas-seklu 20… Kompli aqra »

Nitlob maħfra tal-ħitan li bnejna biex nifirdu l-mejtin tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha

  Il-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-talba li aħna ntennu diversi drabi f’dan il-jum għażiż u kull meta niftakru f’ħutna l-mejtin, hija talba li ħafna drabi tfakkarna fid-destin tagħna għax aħna nitolbu: “Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem”.

L-Evanġelju li għadna kemm smajna (Mt 5:1-12), l-Evanġelju li Ġesù jħabbar lill-folol minn fuq il-muntanja qaddisa tal-Beatitudnijiet li tħares lejn il-medda ta’ baħar li huwa l-Baħar ta’ Tiberijade, titkellem fuq hena li tibda minn din il-ħajja… Kompli aqra »

Taħriġ għall-Operaturi Pastorali

Is-Segretarjat Parroċċi flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jorganizza taħriġ għall-Operaturi Pastorali dwar is-suġġett: Dixxerniment Komunitarju u Pjanar Pastorali.

Deskrizzjoni

Matul dawn il-ġimgħat, bosta parroċċi jkunu qed ifasslu l-pjan pastorali tagħhom. Filwaqt li l-ħidma kollha tal-Knisja għandha l-istess għan, kull parroċċa jista’ jkollha modi u mezzi differenti ta’ kif tilħqu.

Il-Pjan Pastorali għandu jkun frott ta’ dixxerniment komunitarju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19, 1.23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19, 1.23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6, 37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni.

Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Ambjent: pass ’il quddiem u qabża lura

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tinnota b’sodisfazzjon l‑approvazzjoni ta’ mozzjoni mill‑Parlament Malti li tiddikjara emerġenza fil‑klima.

Is‑sodisfazzjon tal‑KA għall‑pass li ħadet l‑ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna b’din id‑deċiżjoni ttappan bil‑kbir meta lbieraħ tħabbret id‑deċiżjoni li l‑Awtorità tal‑Ippjanar approvat applikazzjoni biex binja mitluqa fuq art barra ż‑żoni tal‑iżvilupp ġewwa l‑Qala Għawdex tinbidel f’villa moderna. Il‑KA ttenni li deċiżjonijiet bħal dawn juru insensitività kbira min‑naħa tal‑awtorijiet għall‑wirt naturali tal‑gżejjer tagħna u għal serħan il‑moħħ tal‑Maltin u l‑Għawdxin kollha, u tqisha bħala qabża lura mill‑aħbar tajba li kellna għaxart ijiem ilu… Kompli aqra »