Is-Segretarjat Parroċċi flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jorganizza taħriġ għall-Operaturi Pastorali dwar is-suġġett: Dixxerniment Komunitarju u Pjanar Pastorali.

Deskrizzjoni

Matul dawn il-ġimgħat, bosta parroċċi jkunu qed ifasslu l-pjan pastorali tagħhom. Filwaqt li l-ħidma kollha tal-Knisja għandha l-istess għan, kull parroċċa jista’ jkollha modi u mezzi differenti ta’ kif tilħqu.

Il-Pjan Pastorali għandu jkun frott ta’ dixxerniment komunitarju. Għalhekk, dan it-taħriġ ser jipprovdi tagħrif dwar dan il-proċess ta’ dixxerniment, kif ukoll dwar kif isir pjan pastorali.

Għanijiet tat-taħriġ għall-parteċipanti:

  • Jitħarrġu fuq il-proċess ta’ dixxerniment komunitarju;
  • Jifhmu għalfejn għandu jsir pjan pastorali, x’inhi n-natura tiegħu u x’inhuma l-għodda meħtieġa għal pjan effettiv;
  • Isiru midħla tal-punti prinċipali li d-djoċesi qed tipproponi biex fuqhom jitfassal il-pjan pastorali.

Għal aktar dettalji u biex tapplika agħfas hawn jew ibgħat email fuq segretarjat.parrocci@maltadiocese.org

Applikazzjonijiet sal-Erbgħa 6 ta’ Novembru.