Arkivji mensili: Novembru 2019

Kunċert mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Kunċert annwali li l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel b’risq id-Dar tal-Providenza se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru fit-8pm. Il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Dr George Vella li se jippreżenta wkoll il-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2019 lir-rebbieħ li jitħabbar waqt is-serata.

Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast WO1 Twanny Borg bis-sehem tas-sopran Celine Abela u l-Lbdr… Kompli aqra »

Nibnu ħajjitna fuq is-sod, ġebla fuq ġebla – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa ta' Radd il-Ħajr f’Jum il-Gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes (il-Kapuċċini), il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza li qal Ġesù fl-Evanġelju tal-lum li tolqtok b’mod qawwi. Xi nies kienu qed iħarsu lejn it-tempju, u jgħidu fuq kemm kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet, u Ġesù jgħidilhom: “Kulma qegħdin taraw għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

Ma nafx x’kienet ir-reazzjoni tan-nies meta semgħu dan il-kliem. Immaġina lilna nħarsu lejn il-patrimonju sabiħ li għandna, forsi tkun xi bażilika jew knisja kolleġġjata, nammiraw it-tiżjin li għandna, imbagħad jiġi Ġesù u jgħidilna li jiġi żmien meta kollox se jiġġarraf! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 5, 1-6.13-14.16-17.23-28
Salm: Dan 3, 62.63.64.65.66.67

L-Evanġelju: Lq 21, 12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda.

U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

Il-Papa jitlaq mill-Ġappun b’qalbu mfawra bil-gratitudni

Pope Francis concludes his Apostolic Journey to Japan, fulfilling his dream to be a missionary to the country and spurring the Japanese Church to protect all life.

It was a bittersweet farewell that Pope Francis bade to the people of Japan on Tuesday, as he boarded the papal plane at Tokyo-Haneda airport.

His visit fulfilled a life-long desire to come to this East Asian nation as a missionary, a dream that was truncated by illness as a young JesuitKompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 2, 31-45
Salm: Dan 3, 57.58.59.60.61

L-Evanġelju: Lq 21, 5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

‘Aħna għad għandna biża’ ta’ Alla?’ – L-Arċisqof fis-solennità ta’ Kristu Re

Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-solennità ta’ Kristu Re 2019

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ix-xena nafuha lkoll għax hija mnaqqxa fil-kultura tagħna. Nafu kemm fi żmien tal-Ġimgħa l-Kbira, Maltin u Għawdxin jiddedikaw l-enerġija tagħhom, id-devozzjoni, l-imħabba tagħhom biex jikkommemoraw ix-xena li għadna kemm smajna skont l-Evanġelju ta’ San Luqa.

“Il-poplu waqaf hemm iħares” (Lq 23:35). Aħna wkoll illum nixtiequ ninġabru madwar din ix-xena ta’ qsim il-qalb fuq l-għolja tal-Golgota, il-kalvarju, u nħarsu lejn Ġesù msallab, imsallab mal-midinbin u mal-kriminali akkumpanjat minn żewġ ħallelin wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug… Kompli aqra »

Il-Papa f’Tokyo: L-Evanġelju tal-ħajja jħeġġiġna biex inkunu “sptar temporanju fuq il-post”

Pope Francis celebrates Mass on Monday afternoon at the Tokyo Dome stadium. In his homily, the Pope says we need to get our priorities right, in line with the life of Jesus.

As the starting point of his homily on Monday, Pope Francis drew attention to the Sermon on the Mount, saying it indicates the beauty of the path we are called to take to reach Jesus, in whom we have the freedom of becoming God’s beloved children. 

Hurdles to being God’s children

Yet along the way, the Pope observed, the freedom of being God’s children can be repressed and weakened by a vicious circle of anxiety and competition… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 1, 1-6, 8-20
Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56

L-Evanġelju: Lq 21, 1-4

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.

Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”… Kompli aqra »