Rikonoxxenza u apprezzament għal min ħadem għas-saltna t’Alla
Quddiesa mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi b’suffraġju għall-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi
05/11/2019 Il-Katidral ta’ San Pawl, l-ImdinaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Jekk għoddejt sew il-lista li nqrat fil-bidu tal-quddiesa, huma 40 is-saċerdoti u r-reliġjużi li mill-aħħar ċelebrazzjoni f’Novembru tas-sena li għaddiet, għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.
Nixtieq nagħmel dawn it-tliet riflessjonijiet qosra.
Rikonoxxenza
Illum nirringrazzjaw lil Alla b’rikonoxxenza u apprezzament għal kull wieħed u waħda minn dawn is-saċerdoti u r-reliġjużi. Niftakru wkoll f’dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fis-snin ta’ qabel, imma nitolbu speċjalment għal dawn tal-aħħar sena… Kompli aqra »