Arkivji mensili: Novembru 2019

Ġimgħa ta’ ekoloġija mtellgħa mill-Fakultà tat-Teoloġija u l-Istitut Karmelitan f’Malta

The Faculty of Theology, in collaboration with the Carmelite Institute Malta, is holding Ecology Week between 13 and 17 December 2019. The guest scholar for this event is Rev. Dr Eduardo Agosta Scarel, an Argentinian Carmelite who holds a doctorate in Climate Science and lectures at the Pontifical Catholic University of Argentina in Buenos Aires. 

On Saturday 14 December 2019, Dr Agosta Scarel will lead a day-seminar at the Carmelite Institute, Mdina, entitled ‘One with Nature, One with God: A Christian Ecological Spirituality‘. He will offer elements for a spirituality of ecology based on categories of interpretation of the reality of the current ecological, socio-environmental crisis described in the encyclical Laudato Si’ of Pope Francis… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 15, 14-21
Salm: 97 (98), 1,2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 16, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi”… Kompli aqra »

Jekk hemm post jistenniena huwa l-ġenna – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Pontifikal tal-Mejtin Kollha

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel ħsieb li nixtieq naqsam magħkom illejla hija xi ħaġa li jgħid Ġesù fuq il-ġenna u fuq l-infern. Innutaw ftit x’jgħid fuq il-ġenna hu u jbierek lit-tajbin għaliha: “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja” (Mt 25:34).

Skont Ġesù l-ġenna ġiet maħluqa mħejjija għalina sa mill-ħolqien tad-dinja. Aħna maħluqin biex immorru hemmhekk… Kompli aqra »

Edukazzjoni li tgħin l-istudenti jikbru f’parteċipazzjoni attiva u responsabbli fis-soċjetà – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa tal-Ftuħ u t-Tberik tal-faċilitajiet ġodda fl-iskola St Michael, Santa Venera

Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Okkażjoni bħal tal-lum hija okkażjoni verament sabiħa għalikom ilkoll, jiġifieri l-istudenti, kull min jaħdem hawnhekk, kull min ta l-kontribut tiegħu imma wkoll għall-Knisja f’Malta. Għaliex meta tara l-iskola kif intqal fil-bidu tkompli tiżviluppa tul is-snin – work in progress – tieħu gost bil-ħajja li hawn f’dan il-qasam hekk importanti tal-edukazzjoni.

Jien xtaqt insemmi tliet punti li ħadthom mill-mission statement tal-iskola tagħkom, li naħseb huma ħafna importanti għalina lkoll… Kompli aqra »

Iż-żerriegħa li jmissna qegħdin niżirgħu – L-Arċisqof

Some of the participants at The Good Neighbourhood Dinner, organised last June by the Archdiocese of Malta with the aim of encouraging a society that embraces diversity. Message by Archbishop Charles J. Scicluna

A remark by former minister Tonio Borg, who kindly wrote the foreword to my book ‘Religion and the 1921 Malta Constitution’, caused a ripple of laughter at the launch of the publication last week after he quoted s.2(2) of our Constitution, which states “the authorities of the Roman Catholic Apostolic Church have the duty and the right to teach which principles are right and which are wrong”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 14, 7-12
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Lq 15, 1-10

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”.

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

Il-ġmiel tal-ilwien kollha fil-festi – L-Isqof Awżiljarju

Preżentazzjoni tad-disa’ volum tal-ktieb 'Ilwien il-Festi Maltin'

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara

Fid-29 ta’ Ottubru tnieda l-ktieb Ilwien il-Festi Maltin Vol.9, damma ta’ ritratti meħuda minn Mark Micallef Perconte, fotografu u dilettant tal-festi. L-editur tal-ktieb hu Andrew Borg u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi kiteb id-daħla tal-ktieb. L-għan ewlieni ta’ din is-sensiela ta’ kotba hu li tgħin lill-qarrej japprezza aktar il-ħidma ta’ tant voluntiera li jissagrifikaw sigħat twal biex jiggarantixxu livell għoli fil-festi kif ukoll biex b’ħidmiethom juru li Alla jixraqlu l-aqwa u l-aħjar… Kompli aqra »

Zombieland: Double Tap

**

Direttur:          Ruben Fleischer

Atturi:              Woody Harrelson. Jesse Eisenberg, Abigail Breslin, Emma Stone, Rosario Dawson, Joey Deutch u Luke Wilson

Ħin tal-Film:    99 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

Tallahassee, Columbus, Wichita u Little Rock jeħilsuha ħafif mid-diżastru li rajna fl-ewwel film meta l-Amerika kienet ġiet attakkata minn żombies… Kompli aqra »

The Addams Family

***

Diretturi:         Conrad Vernon u Greg Tiernan

Ilħna:               Oscar Isaac, Charlize Theron, Chloe Grace, Moretz, Finn Wolfhard, Nick Kroll, Snoop Dogg, Bette Midler u Allison Janney

Ħin tal-Film:    87 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

Gomez u Morticia Addams  jitkeċċew mill-kumplament tal-familja waqt ċerimonja ta’ tieġ minn folla mgħaddba għax ma qablitx man-natura makabra taċ-ċerimonja… Kompli aqra »