Yearly Archives: 2019

Il-pubblikazzjoni tal-istħarriġ ikkummissjonat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

  • Iċ‑ċensiment tal-attendenza tal‑Quddies tal‑Ħadd li ġie kkummissjonat lid‑Discern (l‑istitut tal‑Knisja għar‑riċerka) u li sar bejn it-2 u t-3 ta’ Diċembru 2017 huwa disponibbli għall-pubbliku mill-Kurja tal-Arċisqof għall-prezz ta’ €25.

    Ir-rapport tal-istħarriġ dwar il-fidi u l-attendenza tal-Quddies li ġie kkummissjonat lil Misco International u li sar bejn l-4 u t-8 ta’ Diċembru 2017 huwa disponibbli hawnhekk.

    Din ir‑riċerka li ried l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Vigarju Episkopali ġdid għall-Kleru u l-Parroċċi

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Noel Vassallo bħala Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi. Huwa ser jieħu post Mons. Frans Abdilla.

      Dun Noel Vassallo twieled l-lmġarr fit-23 ta’ Diċembru 1957. Huwa ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. L-ewwel impenn pastorali tiegħu kien fid-djar tat-tfal tal-Knisja waqt li kien jgħin ukoll fil-parroċċa tal-lmġarr. Fl-1991 inħatar direttur tad-djar tat-tfal tal-Knisja fejn serva għal sitt snin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Tim 1: 1-8
    Salm: 95, 1-3.7-8a

    L-Evanġelju: Luqa 10: 1-9

  • F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu…

  • Kompli aqra »

Is-Sinjali taż-Żminijiet

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • L‑iskyline Malti sar iddominat minn numru esaġerat ta’ krejnijiet, tistħajjilhom mostri medhija jieklu bla rażan l‑ispazji u l‑binjiet sbieħ—kultant ta’ valur storiku—tal‑ibliet u l‑irħula tagħna. L‑ironija hi li min qed iħaxxen butu minn dan kollu jrid jbellagħlna r‑ross bil‑labra li dan kollu hu żvilupp li Malta ma tistax tgħaddi mingħajru għax hekk jitlob il‑progress. Jekk dan kollu hu żvilupp, allura għaliex tmur fejn tmur fil‑gżejjer tagħna tisma’ ħafna tgergir fuq il‑bini eċċessiv li ftit ftit qed jifni lil pajjiżna? …

  • Kompli aqra »

Live: Servizz Ekumeniku Djoċesan 2019

  • Illum il‑Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019 fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat servizz ekumeniku fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi dan is-servizz ekumeniku djoċesan. Ir-riflessjoni biblika se ssir mill-Kanonku Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Is-servizz ekumeniku ser ikun animat mill-kor Joy Gospel. 

    Is-servizz ekumeniku jagħlaq il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li tiġi ċċelebrata kull sena mill-Insara kollha madwar id-dinja bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar…

  • Kompli aqra »

Il-Papa liż-żgħażagħ waqt il-JDŻ fil-Panama: Il-Knisja mhijiex “cool”– hija “mħabba”

  • The party began at dawn. As the sun rose over the Panama Canal, colourful groups of flag-waving, singing, swinging, World Youth Day pilgrims were already on the march. Their destination: the 2.5km-long Coastal Beltway, called the Cinta Costera, that flanks the Pacific Ocean on one side, and the Panama City skyline on the other.

    The Location

    The scenic beauty of the location, its easy accessibility and size, made it the perfect choice to host the Welcoming Ceremony and Official Opening of the 34th World Youth Day…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

  • Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 22: 3-16
    Salm: 116, 1.2

    L-Evanġelju: Mk 16: 15-18

  • F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

    U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-midja soċjali

Il-messaġġ tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fit-53 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni

  • This year’s theme emphasizes the importance of giving back to communication a broad perspective, based on the person, and stresses the value of interaction always understood as dialogue and as an opportunity to meet with others.

     

  • «We are members one of another» (Eph 4:25).
    From social network communities to the human community

     

  • Dear Brothers and Sisters,

    Ever since the internet first became available, the Church has always sought to promote its use in the service of the encounter between persons, and of solidarity among all…

  • Kompli aqra »

It-tliet affarijiet li jgħallimna San Publiju

Quddiesa fil-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Arċipretali, il-Furjana

    21 ta’ Jannar 2019

    San Publiju, il-prinċep tal-gżira, jissemma b’mod prominenti u mill-aktar pożittiv fil-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Ir-rakkont jgħidilna li Publiju laqa’ għandu bil-qalb lil Pawlu u lil dawk li kienu miegħu. Fil-festa ta’ San Publju, festa għażiża għal din il-parroċċa imma wkoll għal Malta, nixtieq li nirriflettu fuq tliet punti prinċipali…

  • Kompli aqra »