L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju
12/06/2019- Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: 2 Kor 3, 4-11
Salm: 98 (99), 5.6.7.8.9L-Evanġelju: Mt 5, 17-19
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox…