Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-Quddies – 12/03/20
L-Insara kollha mistiedna jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa
12/03/2020Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli… Kompli aqra »