Ejjew nitħejjew biex nilqgħu d-don tal-fidwa li ried jagħtina Ġesù – L-Arċisqof
Quddiesa speċjali biex Alla jimliena bil-kuraġġ u jbegħedna minn kull biża’
27/03/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan l-Evanġelju jippreparana għall-kunflitt kbir li mbagħad iseħħ b’mod qawwi fil-Ġimgħa Mqaddsa, kunflitt bejn Ġesù u l-kapijiet ta’ Ġerusalemm.
Hija l-festa tal-Għerejjex. Il-festa tal-Għerejjex kienet festa kbira fil-ħarifa meta l-poplu Lhudi kien ifakkar l-40 sena li għamel iterraq fid-deżert, l-għerusija tiegħu ma’ Alla fejn irċieva l-kmandamenti, fejn bena l-arka tal-preżenza tal-Mulej, id-don tal-manna. Fil-fatt fl-arka li tiġi ċċelebrata wkoll fil-festa tal-Għerejjex, kien hemm it-twavel tal-Liġi u ftit manna li l-Iżraeliti ġabru fid-deżert matul dawk l-40 sena… Kompli aqra »