Arkivji mensili: Marzu 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Il-pandemija tal-coronavirus: sejħa għal solidarjetà ma’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli

Stqarrija minn bosta entitajiet tal-Knisja

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża.

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddies mill-Kurja – 26/03/2020

Posted by Archdiocese of Malta on Thursday, March 26, 2020 Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 7-14
Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

L-Evanġelju: Ġw 5, 31-47

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità… Kompli aqra »

Posposti l-poloz għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja

Il‑poloz kollha għad‑dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jiġu posposti minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Il‑Poloz ta’ Parteċipazzjoni tas‑subien u l‑bniet għad‑dħul fl‑ewwel sena sekondarja, u l‑Polza ta’ Parteċipazzjoni tal‑bniet tal‑ewwel sena primarja li kellhom isiru għada, il‑Ħamis 26 ta’ Marzu 2020, qed jiġu posposti. Se jkun hemm tibdil ukoll fil‑poloz ippjanati għal April. 

L‑Uffiċċju għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja jinsab magħluq però l‑ħaddiema qed jaħdmu mid‑dar… Kompli aqra »

Marija tgħallimna kif ngħixu meta l-pjanijiet jitħarbtu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Irċevejt messaġġ dalgħodu li kien jgħid hekk: is-sena 2020 li qegħdin fiha hija s-sena fejn il-pjanijiet kollha gew posposti jew tħarbtu. Illum aħna niċċelebraw il-ġrajja partikulari tat-Tħabbira tal-Mulej meta għal Marija l-pjanijiet kollha li kellha tħarbtu għal kollox. Meta hi semgħet ir-rieda ta’ Alla li ssir omm Alla kienet xi ħaġa li qatt f’ħajjitha ma ħasbet jew immaġinat, imma li biddlitilha ħajjitha mill-qiegħ… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: aħna msejħin ngħixu l-milja tal-ħajja

  Il-Vatikan

Pope Francis during his General Audience  (ANSA)

Pope Francis marks the 25th anniversary of Saint John Paul II’s Encyclical, Evangelium vitae, confirming that the fight to preserve human life and dignity is more important than ever.

March 25 marks both the Solemnity of the Annunciation of the Lord and the 25th anniversary of Evangelium vitae. Pope Saint John Paul II’s Encyclical, also known as the ‘Gospel of Life’, is dedicated to the value and inviolability of human life… Kompli aqra »