Arkivji mensili: Marzu 2020

Il-Knejjes Insara f’Malta jingħaqdu fit-talb mal-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku stieden lill-mexxejja Nsara u lill-Insara kollha, biex illum 25 ta’ Marzu 2020, f’nofsinhar jinġabru spiritwalment u jitolbu t-talba tal-Missierna biex titwaqqaf il-pandemija tal-coronovirus. L-Arċidjoesi ta’ Malta stiednet lill-mexxejja ta’ Knejjes Insara oħra f’Malta biex jingħaqdu mal-Papa Franġisku permezz ta’ din it-talba li xxandret f’nofsinhar fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Kompli aqra »

Alla jsalvana mhux mill-bogħod imma bħala wieħed minna – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk li qed jiddedikaw ħajjithom għall-pazjenti milquta mill-coronavirus, b’mod partikolari l-istaff mediku fl-isptarijiet tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta sabiħa ħafna mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq 1:26-38), tibda bl-anġlu mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija u tikkonkludi propju bl-istess anġlu Gabrijel li jitlaq minn ħdejn din ix-xebba li żar b’risposta li tferraħ lill-ġnus.

Il-proposta ta’ Alla mhix faċli għal din ix-xebba: “Kif ikun dan?” (Lq 1:34). Hi se titqal, se tnissel fil-ġuf mingħajr ma tagħraf raġel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7, 10-14; 8: 10
Salm: 39, 7-11
It-Tieni Qari: Lhud 10, 4-10

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

F’dak iż-żmien, l-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija.

Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

Il-Mulej qed jistedinna biex inbiddlu ħajjitna – ir-risposta f’idejna – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk milquta mill-pandemija tal-coronavirus, fosthom dawk kollha li jinsabu ġewwa djarhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-Ewwel Qari (Eżek 47:1-9.12) ikellimna dwar xmara ta’ ilma safi, ta’ ilma li kapaċi jbiddel il-melħ tal-baħar, ilma li kapaċi jagħti l-ħajja kull fejn jgħaddi.

U fl-Evanġelju nsibu mument fejn Ġesù jersaq lejn din in-nixxiegħa, il-menqa, li bil-Lhudi kienu jgħidulha Betzata, u jsib wieħed marid li kien ilu jistenna l-fejqan 38 sena. “Trid tfiq?” (Ġw 5:6). Il-marid ma jweġbux: ‘Iva, Sinjur, jiena rrid infiq’ imma jispjega lil Ġesù għaliex kien ilu daqshekk jistenna: “M’għandix min jitfagħni fil-menqa xħin jitqanqal l-ilma għax waqt li nkun sejjer jien, ħaddieħor jinżel qabli” (Ġw 5:7)… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fix-xhur li ġejjin

Direttivi dwar il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir, l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, u l-festi

Fid‑dawl tas‑sitwazzjoni preżenti b’riżultat tal‑pandemija tal‑Covid‑19, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin joħorġu dawn id‑direttivi dwar: il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid il‑Kbir, l‑Ewwel Tqarbina u l‑Griżma tal‑Isqof, u l‑Festi.

Il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid il‑Kbir

Din is‑sena ma jsirux manifestazzjonijiet pubbliċi nhar id‑Duluri u tul il‑Ġimgħa Mqaddsa, inkluż Ħadd il‑Palm, il‑Ġimgħa l‑Kbira u l‑Għid il‑Kbir.

Ser jintbagħtu direttivi dettaljati lill‑kappillani, superjuri reliġjużi u saċerdoti, rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet fil‑knisja b’rabta mal‑Ġimgħa Mqaddsa, fid‑dawl tad‑digriet maħruġ mill‑Kongregazzjoni għall‑Kult Divin u d‑Dixxiplina tas‑Sagramenti rigward il‑funzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa… Kompli aqra »

Ħadd m’għandu jkun abbandunat – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-familji li għaddejjin minn problemi finanzjarji

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hija b’għafsa ta’ qalb li naqraw l-istorja ta’ dan ir-raġel li kien ilu 38 sena marid. Imma mhux biss kien ilu daż-żmien kollu marid, imma kien ilu daż-żmien kollu wkoll bit-tama li xi darba jkollu l-okkażjoni li jfiq, u qatt ma rnexxielu. Dak iż-żmien in-nies kienu jinġabru fejn il-menqa biex jinżlu fl-ilma, u kien hemm it-twemmin li min jinżel l-ewwel ifiq… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 25 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 24 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Fidi li ġġib bidla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-mexxejja ta' pajjiżna f'dawn il-jiem ta' prova

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza f’dan ir-rakkont li toħroġ b’mod tajjeb ħafna messaġġ importanti għal ħajjitna: is-sentenza li tgħid: “ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesù”. Dan l-uffiċċjal tas-sultan ma kienx wieħed daqshekk qrib ta’ Ġesù, ma kienx wieħed mid-dixxipli tiegħu. Kien uffiċjal li ġie mill-bogħod, li għamel vjaġġ biex lil Ġesù jitolbu xi ħaġa daqshekk importanti: biex ifejjaqlu lil ibnu li kien ħażin ħafna… Kompli aqra »