Arkivji mensili: April 2020

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ April

It-Tnejn tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 23-31
Salm: 2, 1-3.4-6.7-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 1-8

Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu”… Kompli aqra »

Il-pjagi miftuħa ta’ Ġesù Rxoxt illum – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Imbeżżgħa … bil-bibien magħluqa”. Hekk kienu d-dixxipli miġbura flimkien: imbeżżgħa u bil-bibien magħluqa. Kienu qishom qed jagħmlu self-isolation bħala grupp mhux għaliex fil-pajjiż kien hemm lockdown, jew għaliex kien hemm xi periklu bħalma għandna aħna llum – u għalhekk noqogħdu ġewwa – imma għax kienu mbeżżgħa minn dawk in-nies li lil Ġesù kienu wassluh għall-passjoni u l-mewt tiegħu… Kompli aqra »

Innewlu idna li tkun id ta’ fidi, id ta’ mħabba, id ta’ tama kbira – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Għid u l-Ħadd tal-Ħniena Divina

  Il-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ressaq idek u qiegħda fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi iżda emmen” (Ġw 20:27). L-istedina li Ġesù jagħmel lil Tumas bħal-lum tmint ijiem fuq l-Għid hija stedina li qed jagħmel lil kull wieħed u waħda minna llum.

Xi tfisser li nressqu jdejna u nqegħduha fuq il-ġenb ta’ Ġesù? Il-ġenb ta’ Ġesù huwa l-ġenb minfud mil-lanza nhar il-Ġimgħa l-Kbira… Kompli aqra »

Quddies tal-Ħadd – 19 t’April

Quddies fit-Tieni Ħadd tal-Għid u l-Ħadd tal-Ħniena Divina

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mill-Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi l-Ħamrun fl-10:30am

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata f’Ħal Balzan fil-11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ April

It-Tieni Ħadd tal-Għid/ Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 42-47
Salm: 117 (118), 2-4.13-15.22-24
It-Tieni Qari: 1 Piet 1, 3-9

L-Evanġelju: Ġw 20, 19-31

Dakinhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej… Kompli aqra »

Caritas Malta tgħin lil dawk l-aktar vulnerabbli fi żmien il-COVID-19

Caritas Malta mħassba dwar realtà ta’ persuni li bħalissa qed isofru konsegwenzi soċjali u ekonomiċi minħabba l-Covid-19 u li għandhom bżonn għajnuna urġenti.

Permezz ta’ persuni li qed iċemplu fuq linji ta’ Caritas li nfetħu apposta, kif ukoll tal-ħidma mill-qrib ma’ NGOs u l-kapillani fil-parroċċi, Caritas Malta qed tiltaqa’ dejjem iktar ma’ realtajiet ta’ gruppi ta’ nies vulnerabbli li huma l-aktar f’riskju matul din il-kriżi:

  • Dawk li diġà kellhom dħul baxx qabel il-pandemija;
  • Anzjani li jgħixu weħidhom, li kellhom xi għajnuna minn ġirien jew servizzi fid-dar li issa ma jistgħux jingħataw;
  • Ġenituri bi tfal b’diżabbiltà, speċjalment dawk severi li wkoll naqsilhom ir-respite peress li waqqfu l-iskejjel;
  • Dawk il-Maltin jew barranin li diġà sfaw bla saqaf u anki ma jistgħux jaċċessaw xelters minħabba restrizzjonijiet;
  • Barranin li tilfu x-xogħol jew naqsulhom is-sigħat ta’ xogħol u mhux intitolati għall-benefiċċji ta’ nuqqas ta’ impjieg jew sussidju fuq il-kera…
  • Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd bl-Ingliż

Minn għada 19 ta’ April, il-Ħadd tal-Ħniena Divina, l-Arċidjoċesi ta’ Malta se tibda xxandar Quddiesa bl-Ingliż. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-PBS.

Il-Quddiesa se tixxandar fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt fl-10:30am u fuq TVM2 fis-6:30pm. L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-Quddiesa mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani, li hi dedikata lil San Franġisk, fil-Ħamrun. Il-knisja hi ċentru ta’ devozzjoni lill-Madonna tas-Sokkors.

Fil-preżent, Quddies qed jixxandar kuljum (mit-Tnejn sal-Ħadd) fid-9:30am fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 18 t’April

Quddiesa u Rużarju minn Fr Jimmy Bonnici mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawn.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 13-21
Salm: 117 (118), 1 u 14-15.16ab-18.19-21

L-Evanġelju: Mk 16, 9-15

Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex… Kompli aqra »