L-hena tagħna tkun li nifhmu li rridu nimxu fuq il-passi tal-Imgħallem – L-Arċisqof
Quddiesa offruta għal min qed joffri servizz b’mod volontarju biex jgħin lil min hu marid u lil min jinsab waħdu
07/05/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kif innutajtu l-Evanġelji li l-Knisja tagħżel fir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid jagħtuna dejjem ħjiel ta’ riflessjoni fuq ir-ragħaj fil-Knisja ta’ Ġesù, il-leadership.
Illum il-Knisja tagħtina diversi elementi wħud ta’ dawl, oħrajn ta’ inqas dawl jew ta’ dlam. U ta’ min wieħed joffri riflessjoni qasira fuq dawn l-elementi. L-għażla tal-Evanġelju tal-lum torbot fuq l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù anke għaliex hu jinsisti fuq dak li qed jgħid billi jintroduċi l-kliem tiegħu bil-frażi: “Tassew, tassew ngħidilkom” (Ġw 13:16)… Kompli aqra »