Ġesù ta ħajtu biex insalvaw, biex jiddefendina kontra n-nasba tax-xitan – L-Arċisqof
Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Għid u Jum il-Vokazzjonijiet, b'suffraġju ta' Mons. Arthur Said Pullicino
03/05/2020 Il‑Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, ir-RabatL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fil-kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann li bdejna l-qari tiegħu llum fl-ewwel 10 versi, Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala l-bieb. Diversi drabi f’dawn l-ewwel 10 versi tal-kapitlu 10, il-Mulej jinsisti li huwa l-bieb ta’ dan l-ispazju, ta’ dan il-maqjel fejn hu jindokra n-nagħaġ tal-merħla tiegħu.
Meta wieħed jifhem x’qed jipprova jispjega Ġesù, fil-fatt fl-ewwwl parti ta’ din is-silta jagħtina tixbihat qawwija ħafna, u min semgħu jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Ġwann, ma fehmux – ma fehmux x’ried jgħidilhom… Kompli aqra »