Taf li nħobbok! – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa offruta għall-adolexxenti li kienu se jirċievu l-Griżma tal-Isqof
29/05/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Meta Ġesù jistaqsi lil Pietru għal tliet darbiet “Tħobbni int?”, bħalma rajna llum fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, f’moħħna mill-ewwel nassoċċjaw dawn it-tliet darbiet li Ġesù staqsa “Tħobbni?” mat-tliet ċaħdiet li għamel Pietru fil-passjoni ta’ Ġesù. Niftakru f’dak l-episodju, li jsemmuh l-evanġelisti kollha, meta Pietru kien fejn il-qaddejja tal-qassis il-kbir u hemmhekk, meta staqsewh, ċaħad li kien jaf lil Ġesù. Beża’ u ċaħad… Kompli aqra »