It-talb hu l-post fejn jistkenn il-bniedem quddiem il-mewġa tal-ħażen – Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali
Katekeżi dedikata lit-talba tal-ġusti
27/05/2020 Il-Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-VatikanGħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Niddedikaw din il-katekeżi tal-lum lit-talba tal-ġusti.
Il-pjan ta’ Alla għall-bnedmin hu kollu tjieba, imma fil-ħajja tagħna ta’ kuljum inġarrbu l-preżenza tal-ħażen: hija esperjenza ta’ kuljum. L-ewwel kapitli tal-ktieb tal-Ġenesi jiddeskrivu kif ftit ftit id-dnub beda jixtered fil-ħajja tal-bniedem. Adam u Eva (ara Ġen 3:1-7) jiddubitaw il-fehmiet tajbin ta’ Alla, u jaħsbu li qed jagħmluha ma’ xi divinità għajjura, li ma tridx il-ferħ tagħhom… Kompli aqra »