Arkivji mensili: Ġunju 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 25, 1-12
Salm: 136 (137), 1-2.3.4-5.6

L-Evanġelju: Mt 8, 1-4

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra.

U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt”… Kompli aqra »

Ibqgħu kunu kuruna ta’ ġieħ madwar il-Kunċizzjoni billi t-tempju tagħha jibqa’ kuruna ta’ ġieħ bil-preżenza tagħkom – L-Arċisqof

Quddiesa fil-115-il Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Kunċizzjoni

  Il-Knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ ferħ kbir għalija li ningħaqad man-nies ta’ din il-belt Cospicua, in-nies ta’ Bormla llum huma u jifirħu b’dan l-anniversarju għażiż: il-115-il sena minn meta l-Kardinal Domenico Ferrata, Legat tal-Papa, Inkuruna l-kwadru titulari. Nistgħu nsejħulu kapulavur tal-artist Malti Caruana.

Xi jfisser dan il-ġest tan-nies ta’ Bormla 115-il sena ilu, li l-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni jiżżejjen b’kuruna ta’ ġieħ? … Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-ordinazzjoni djakonali – 27 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katerina, iż-Żejtun

Erba’ kandidati ser jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles Scicluna nhar is-Sibt, 27 ta’ Ġunju 2020, fid-9:30am. Il-Quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sta Katerina, iż-Żejtun, tixxandar live fuq TVM2, Newsbook.mt, u l-YouTube Channel u l-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-erba’ kandidati li ser jiġu ordnati djakni huma:

  • Roderick Baldacchino mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żejtun
  • Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun
  • Jean-Claude Schembri mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żejtun
  • Mark Scicluna tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini

Il-komunità tas-Seminarju u l-komunitajiet reliġjużi qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb li ser jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa tal-Mosta, illum, il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju fit-8pm mill-Bażilika tal-Mosta, fejn ser isir talb għas-saċerdoti ġodda u għal iżjed vokazzjonijiet… Kompli aqra »

Il-kelma ta’ Ġesù kienet tirrifletti lil qalbu, allura kellha s-setgħa vera li tkellem il-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għalina lkoll biex niskopru dejjem aktar it-tagħlim ta’ Ġesù, u nħallu l-kelma tiegħu tkun id-dawl ta’ ħajjitna

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew jiġi konkluż id-diskors imsejjaħ tal-muntanja. Fil-kapitlu 5 ta’ San Mattew il-Mulej jitla’ fuq għolja, iħares lejn il-folla, joqgħod bilqiegħda u jibda jgħallimhom. L-idea tal-Evanġelju ta’ San Mattew huwa li jippreżenta lil Ġesù f’dawn iż-żewġ kapitli: il-kapitlu 5, 6 u anke 7, dawn it-tliet kapitli bħala l-Mosè l-ġdid, jagħti l-liġi l-ġdida lill-poplu tiegħu.

Jiena nista’ jkun li jkolli l-ġelu kollu tajjeb u mmur pelleggrinaġġi, u l-Madonna tkellimni, u l-Qalb ta’ Ġesù wkoll, imma ma jkollix imħabba, ma jkollix ħniena… Kompli aqra »

Dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta' San Ġwann il-Battista

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm nota ta’ ferħ li hi nota qawwija marbuta ma’ din is-solennità tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista. Fl-Evanġelju stess smajna lil San Luqa jgħid li mat-twelid il-ġirien u l-qraba “marru jifirħu” ma’ Eliżabetta. Imma anke xhur qabel, meta l-anġlu lil Żakkarija ħabbarlu li kien se jitwieled Ġwanni l-Battista,  kien qallu: din se tkun ħaġa li lilek se ġġiblek ferħ kbir u thennik ħafna, u jkunu bosta li jifirħu bit-twelid tiegħu… Kompli aqra »

Live: Quddies għall-Ħamis – 25 ta’ Ġunju

  Il-Furjana | Bormla

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Quddiesa mill-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla fil-11:30am

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Quddiesa mill-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla, b’tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari nhar il-Ħamis 25 ta’ Ġunju, 2020 fil-11:30am. Il-Quddiesa tixxandar fuq TVM2 fil-5:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 24, 8-17
Salm: 78 (79), 1-2.3-5.8.9

L-Evanġelju: Mt 7, 21-29

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli: “Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?”. Imbagħad jien ngħidilhom: “Lilkom qatt ma kont nafkom! … Kompli aqra »

Ġesù jgħid taħrabx, tibżax mill-bieb id-dejjaq – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal dawk li qed jitħabtu biex jagħmlu l-għażliet it-tajba

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-kapitlu 7 ta’ San Mattew insibu diversi kliem ta’ Ġesù li mhux bilfors jingħaqdu ma’ xulxin immedjatament jew b’mod naturali. Hawnhekk illum għandna tliet kelmiet ta’ Ġesù li għandhom is-sinifikat partikolari tagħhom.

L-ewwel waħda hija tixbiha ħafna qawwija u Ġesù qed jgħallem lill-komunità tad-dixxipli li se jkollhom jaffaċċjaw sitwazzjonijiet fejn dak li għalihom huwa għażiż, għal ħaddieħor huwa irrilevanti jew mhux prezzjuż… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali: Il-kobor tat-talb jitlaqna f’idejn Alla

  Il-Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-Vatikan

Ritratt: Vatican News

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja tal-katekeżi tagħna fuq it-talb, illum niltaqgħu mas-sultan David. Huwa magħżul minn Alla sa minn żgħożitu għal missjoni unika li kellha rwol ċentrali fl-istorja tal-poplu ta’ Alla u tal-istess fidi tagħna. Fil-Vanġeli, Ġesù jissejjaħ iktar minn darba “bin David”; fil-fatt, bħalu twieled f’Betlehem. Mid-dixxendenza ta’ David, skont il-wegħdiet, joħroġ il-Messija: Sultan għalkollox skont il-qalb ta’ Alla, b’ubbidjenza perfetta lejn il-Missier, li l-għemil tiegħu jwettaq fedelment il-pjan tas-salvazzjoni tiegħu (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 2579)… Kompli aqra »