Arkivji mensili: Settembru 2020

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 16 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12, 31 – 13, 13
Salm: 32 (33), 2-3.4-5.12 u 22

L-Evanġelju: Lq 7, 31-35

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!”. 

Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li “għandu fih xitan”… Kompli aqra »

Ommna Marija, xempju ta’ tama u qawwa quddiem it-tbatija – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna, fit-tradizzjoni popolari tal-Knisja tal-Punent, huwa l-ewwel mis-seba’ duluri tal-Madonna. Huwa l-mument tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju. Ġużeppi u Marija jieħdu lil Ġesù fl-40 jum, il-Kandlora, fit-tempju u jippreżżentawh lill Mulej. Ikun hemm Xmun li qed jistenna li l-Mulej jurih is-salvazzjoni ta’ Iżrael. Mhux biss jgħid profeżija ta’ glorja fuq it-tifel, imma jispjega lil ommu li se jkun “sinjal li jmeruh” (Lq 2:34)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 15 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Settembru

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5, 7-9
Salm: 30, 2-6; 15-16.20

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”.

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

Fis-salib ta’ Ġesù hemm il-mera ta’ kull virtù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

  Il-Knisja ta' Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għall-pagani kien mezz ta’ tortura, għal-Lhud kien saħta. Is-salib, għalina li nemmnu f’Ġesù, huwa sinjal ta’ fidwa u ta’ glorja.

Dak li qegħdin niċċelebraw llum, din il-festa antika li taf l-oriġini tagħha mill-preżenza ta’ Elena f’Ġerusalemm fis-seklu 4, imbagħad fit-tentattivi li terġa’ tinstab ir-relikwa tas-salib fit-8 seklu, meta reġgħet intilfet fid-disa’ seklu, huma fatti storiċi imma jesprimu wkoll fidi li tibqa’ għal dejjem… Kompli aqra »

Rispett sħiħ lejn l-ugwaljanza fid-diversità

Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-Ugwaljanza

Fil‑Parlament bħalissa qed jiġu diskussi żewġ abbozzi ta’ liġijiet li l‑għanijiet tagħhom huma li  pajjiżna jippromovi l‑ugwaljanza u li jaħdem biex tinqered kull forma ta’ diskriminazzjoni fis‑setturi kollha tas‑soċjetà.

Favur l‑ugwaljanza u kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni

Il‑Knisja ma tistax ma tisseħibx mal‑isforzi kollha li qed isiru biex f’pajjiżna jkun hawn ugwaljanza u tinqered kull forma ta’ diskriminazzjoni. L‑ebda persuna m’għandha tiġi diskriminata minħabba l‑kulur tal‑ġilda, in‑nazzjonalità, l‑orjentazzjoni sesswali, id‑diżabbiltà, ir‑reliġjon, l‑età, l‑opinjoni politika jew karatteristiċi oħra li jagħmluha persuna unika… Kompli aqra »

“Monument tal-ħniena” – L-Arċisqof fil-55 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza

  Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

Waqt quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla f’għeluq il-55 Anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, l-Arċisqof Charles Scicluna ddeskriva d-Dar bħala “monument tal-ħniena”. Żied jgħid li meta Dun Mikiel Azzopardi, il-fundatur tagħha, laqa’ l-ewwel residenti fid-Dar tas-Siġġiewi laqagħhom b’ħarsa ta’ ħniena, mhux għax imsieken, imma għax ried li l-għożża li d-Dar dejjem ikollha lejn ir-residenti tagħha tkun mera tal-għożża li Alla għandu lejn il-bniedem.

Fit-12 ta’ Settembru 1965 Dun Mikiel qasam mas-semmiegħa tiegħu fuq programm li kellu fuq ir-Rediffusion ix-xewqa li jiftaħ l-ewwel dar residenzjali f’Malta għall-persuni b’diżabbiltà.  Wara l-programm waħda mara marret issibu u tagħtu l-ewwel donazzjoni biex jibda jirrealizza b’mod konkret din il-ħolma kif fil-fatt għamel… Kompli aqra »

Kemm tbatija u gwerer jiġu evitati kieku l-maħfra u l-ħniena kienu l-istil ta’ ħajjitna – Il-Papa Franġisku fl-Angelus

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fil-parabbola li naqraw fl-Evanġelju tal-lum, dik tas-sultan ħanin (cfr Mt 18,21-35), għal darbtejn insibu din it-talba ħerqana: “Stabar ftit bija, kollox irroddlok” (vv.26.29).  L-ewwel darba jgħidha l-qaddej li lil sidu kellu jtih għaxartelef talent, somma enormi, illum jissarfu f’miljuni fuq miljuni ta’ Ewro.  It-tieni darba tittenna minn qaddej ieħor tal-istess sid.  Huwa wkoll midjun, mhux lejn sidu imma lejn l-istess qaddej li għandu dak id-dejn enormi.  Id-dejn tiegħu hu żgħir ħafna, forsi daqs il-paga ta’ ġimgħa… Kompli aqra »