Arkivji mensili: Ottubru 2020

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2, 12-22
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Lq 12, 35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

Attenti minn kull regħba – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħarsu rwieħkom minn kull regħba”. Din hija l-kelma li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju tal-lum, u aħna nafu mill-esperjenza tal-ħajja kemm hi vera. Ir-regħba x’inhi? Hija dik il-kilba li jkollok, ikollok iktar, iġġib iktar, tiġma’ iktar. Ġesù jgħid: ħajtek ma tiddependix mill-ġid li jkollok.

Għalhekk lin-nies Ġesù qalilhom: iftħu għajnejkom, għax faċli titqarrqu. U jġib l-eżempju bil-parabbola ta’ dan ir-raġel li kellu ħafna ġid u ried jaħżen il-ġid kollu biex hu jixxala u jgawdi dan il-ġid… Kompli aqra »

Żjara mill-Awtorità tax-Xandir lill-Arċisqof Scicluna

Fl-okkażjoni tad-59 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorità tax-Xandir, iċ-Chairman tal-Awtorità, is-Sur Frank V. Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv, Dr Joanna Spiteri u l-Membri tal-Bord iltaqgħu mal-Arċisqof Charles Jude Scicluna, waqt laqgħa kordjali li saret fil-15 ta’ Ottubru 2020, fil-Kurja l-Furjana.

Matul il-laqgħa tkellmu dwar il-qagħda tal-istazzjonijiet u tax-xandir, kif ukoll dwar ir-rwol tar-regolatur f’soċjetà fejn il-midja dejjem qed tiżviluppa. Kien enfasizzat li l-Awtorità tax-Xandir qegħda hemm għall-ħarsien tal-interess pubbliku, tal-konsumaturi tal-midja u għall-protezzjoni tal-minuri u l-vulnerabbli… Kompli aqra »

Erba’ pubblikazzjonijiet ġodda bil-Malti

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nistranija, permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca, ippubblikat dawn il-kotba li jistgħu jkunu utli għall-ħajja spiritwali u l-ministeru pastorali.

It-tentazzjoni u d-dixxerniment hu ktieb tat-teologu Ċilen Segundo Galilea li oriġinarjament kien ippublikat fl-1991. Għandu jinteressa lil dawk impenjati fil-Knisja għax jispjega b’mod prattiku u attwali kif nistgħu niddistingwu bejn it-tqanqil tal-Ispirtu s-Santu u dak li hu biss falsità.

Mingħajru ma nistgħu tagħmlu xejn: inkunu missjunarji fid-dinja tal-lum hu ktieb-intervista tal-Papa Franġisku mal-ġurnalista Taljan Gianni Valenti li oriġinarjament kien ippublikat fl-2019… Kompli aqra »

Ġurnata b’messaġġ għalina lkoll – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Ġurnata Missjunarja 2020

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Ħlas, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

X’inhi din il-Ġurnata Missjunarja? Għal ħafna minna hi l-ġurnata meta aħna nieqfu ftit biex naħsbu fil-Knisja li hi missjunarja, speċjalment f’dawk il-pajjiżi msejħin ‘tal-missjoni’ u l-għajnuna li tingħata lilhom. Aħna għandna lil Missio f’Malta, u hawn Mons. Valent Borg, li qed jikkonċelebra li hu d-direttur tal-Missio, u nixtieq nirringrazzja lilu u lill-ħaddiema u dawk kollha li qed jagħtu servizz f’Missio għall-ġid li qed jagħmlu biex il-Knisja tista’ tkun tassew Knisja missjunarja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2, 1-10
Salm: 99 (100), 2.3.4.5

L-Evanġelju: Lq 12, 13-21

F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”… Kompli aqra »

Marija għajn tas-saħħa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tas-Saħħa

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-Madonna tas-Saħħa – festa li ilha tiġi ċċelebrata hawnhekk f’din il-knisja mill-1815, jiġifieri aktar minn 200 sena – din is-sena ġiet fi żminijiet partikolarment diffiċli. Il-pandemija tal-Covid-19 – theddida kbira għas-saħħa ta’ kulħadd – laqtet id-dinja kollha u bħalissa qed inħossu ħafna l-piż tagħha f’diversi pajjiżi tal-Ewropa u f’pajjiżna. Din l-aħħar ġimgħa f’Malta kienet iebsa ħafna – għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem u l-familjari tagħhom; għal dawk milquta mill-virus fejn kellna rekord wara l-ieħor; u għal dawk kollha li nsejħulhom frontliners li ħafna minnhom qed jaħdmu bla nifs imma ġieli l-ħidma tagħhom hekk importanti, avolja frontliners, ma tidhirx… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: f’missjoni ma’ Ġesù, il-ʻMissjunarju tal-Missier’

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2020

Għeżież ħuti,

Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lejn Alla għall-impenn li bih il-Knisja kollha għexet ix-Xahar Missjunarju Straordinarju matul Ottubru li għadda. Konvint li t-triq indikata permezz tat-tema: “Mgħammda u mibgħuta: Il-Knisja ta’ Kristu f’missjoni fid-dinja” għenet biex titqanqal konverżjoni missjunarja f’ħafna komunitajiet. 

F’din is-sena mmarkata mit-tbatija u l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija ta’ covid-19, il-mixja missjunarja tal-Knisja tkompli fid-dawl tal-kelma li nsibu fir-rakkont  dwar is-sejħa tal-profeta Isaija: «Hawn jien, ibgħat lili» (Is 6,8). Din hi tweġiba dejjem ġdida għal meta il-Mulej jistaqsi: «Lil min nibgħat?» (ibid… Kompli aqra »