Arkivji mensili: Novembru 2020

Live: Il-Papa joħloq 13-il kardinal ġdid

  Il-Bażilika ta' San Pietru, il-Vatikan

Illum, is-Sibt, 28 ta’ Novembru 2020, fl-4pm, il-Knisja se jkollha 13-il kardinal ġdid. Disgħa minnhom huma iżgħar minn 80 sena u għalhekk, għandhom id-dritt jipparteċipaw f’konklavi. L-erbgħa l-oħra għandhom aktar minn 80 sena.

Tnejn mill-kardinali l-ġodda jaħdmu fil-Kurja Rumana: Is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, l-Isqof Emeritu Mario Grech, u Marcello Seme, l-Isqof Emerity ta’ Albano u l-Prefett il-ġdid tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin.

Magħhom se jingħaqdu wkoll sitt mexxejja oħra Kattoliċi minn madwar id-dinja: l-Arċisqof ta’ Kilgali fir-Rwanda, Antoine Kambanda; l-Arċisqof ta’ Washington, l-Istati Uniti, Wilton Gregory; l-Arċisqof ta’ Capiz fil-Filippini, Jose Fuerte Advincula; l-Arċisqof ta’ Santiago, iċ-Ċilì, Celestino Aós Braco; il-Vigarju Appostoliku tal-Brunej, Cornelius Sim; u l-Arċisqof ta’ Siena fl-Italja, Augusto Paolo Lojudice… Kompli aqra »

Kliemu ma jgħaddix – L-Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sema u l-art jgħaddu imma kliemi ma jgħaddix”. Dan hu l-messġġ li Ġesù jwasslilna llum fl-Evanġelju li jfakkarna li kollox jgħaddi: id-dinja tispiċċa, aħna nispiċċaw il-ħajja tagħna hawnhekk f’din id-dinja; imma l-kelma tiegħu tibqa’ għal dejjem. Dal-kliem ta’ Ġesù jfakkarna f’dak li qal il-Profeta Iżaija: “Il-ħaxix jinxef, il-ward jidbiel, iżda l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem (Iż 40:8)

Dan il-messaġġ ta’ Ġesù jgħinna napprezzaw il-Kelma ta’ Alla, li aħna niċċelebraw fil-quddiesa imma li wkoll imsejħin biex ngħixuha f’ħajjitna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 22, 1-7
Salm: 94 (95), 1-2.3-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 21, 34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha… Kompli aqra »

Il-kardinali eletti jħejju għal konċistorju mhux tas-soltu

Red hats await new heads  (Vatican Media)

Pope Francis announced just over a month ago that he would create 13 new Cardinals at a Consistory on 28 November.

The news came as a surprise, not least to those men called to serve the Church and the Successor of Peter in a special way, to the point of giving their own blood.

For that is what the color red in their distinctive dress symbolizes: their willingness to sacrifice themselves usque ad sanguinis effusionem, “to the point of shedding their own blood”… Kompli aqra »

113 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

113 persuna temmew b’suċċess wieħed mit‑13‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Fil-kuntest tal-pandemija COVID-19, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ddeċieda li ċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni, li kienet maħsuba ssir illum il‑Ġimgħa, ma ssirx. L-Istitut jixtieq jieħu l-opportunità jawgura lill-partiċipanti kollha li ser ikunu qed jirċievu ċ-ċertifikat b’mod personali.

Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu: fl‑oqsma tal‑familja, it-teoloġija, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, id‑dimensjoni spiritwali fil‑kura tas‑saħħa, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana, Injazjana u l‑akkumpanjament spiritwali, l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti, l‑iżvilupp tar‑responsabbilità ambjentali, u l-formazzjoni għall-fratelli adolexxenti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 20, 1-4.11 – 21, 2
Salm: 83 (84), 3.4.5-6a u 8a

L-Evanġelju: Lq 21, 29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

“Ma ħaqqnix li int tismagħni; imma kun ħanin, u lili f’nar ta’ dejjem qatt titfagħni”

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju jqabbel żewġ mumenti drammatiċi ħafna: il-qerda ta’ Ġerusalemm li Ġesù jħabbar u li seħħet fis-sena 70 taħt l-imperatur Titu. Fil-fatt, fl-ark trijonfali ta’ Titu qrib il-Kolossew ġewwa Ruma, hemm imfakkra propju l-qerda ta’ Ġerusalemm u hemm din l-iskultura impressjonanti ta’ żewġ suldati jġorru l-menorah ta’ fidda mastizz li kien hemm fit-tempju ta’ Ġerusalemm. Ġesù jħabbar il-qerda ta’ Ġerusalemm imma wkoll iħabbar tmiem id-dinja… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: L-imħabba hija l-għerq mistiku fil-ħajja tal-persuni li jemmnu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-ewwel passi tal-Knisja fid-dinja seħħu fit-talb. Il-kitbiet appostoliċi u r-rakkonti kbar tal-Atti tal-Appostli jgħaddulna x-xbieha ta’ Knisja li timxi, Knisja ħabrieka, li imma ssib fil-laqgħat tat-talb il-bażi u l-enerġija għall-azzjoni missjunarja. Ix-xbieha tal-Komunità ewlenija ta’ Ġerusalemm hija punt ta’ riferiment għal kull esperjenza Nisranija oħra. Jikteb Luqa fil-Ktieb tal-Atti: “U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (2:42)… Kompli aqra »