Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 14 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

San Mattija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1, 15-17. 20-26
Salm: 112, 1-8

L-Evanġelju: Ġw 15, 9-17

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu. Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu… Kompli aqra »

Wasal iż-żmien li l-UE tieħu pożizzjoni dwar id-drittijiet tal-anzjani

Up to half of the people who died of Covid-19 in Europe are elderly people and many of them were residents of long-term care facilities. “It is time to stop the ‘culture of waste’ and focus on more public policies supporting families”, states the General Secretary of COMECE on Wednesday 13 May 2020.

In the current pandemic, elderly people represent the most vulnerable part of our societies… Kompli aqra »

Bħal friegħi mad-dielja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-bdiewa kollha u għal dawk li qed isibuha difficli jkollhom x’jieklu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ix-xbieha tad-dielja u l-friegħi hi xbieha sabiħa li tfisser b’mod ċar ħafna r-rabta qawwija li hemm bejn Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Id-dielja tagħti l-ħajja lill-friegħi, u l-friegħi ma jistgħux jgħixu mingħajr il-ħajja li tiġi mid-dielja. Għalhekk, hi xbieha li turi li hemm aktar minn sempliċiment grupp ta’ nies li jimxu wara Ġesù. Hemm rabta intima ta’ mħabba u ħajja.

Erba’ darbiet Ġesù jsemmi hawnhekk, u iktar tul dan il-kapitlu fl-Evanġelju, li l-iskop tal-bidwi hu li jara l-frott… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: ‘It-talb hu tal-bnedmin ta’ kull reliġjon, u aktarx anki ta’ dawk li ma jistqarru ebda waħda

  Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nagħmlu t-tieni pass fil-mixja ta’ katekeżi fuq it-talb, li bdejna l-ġimgħa l-oħra.

It-talb hu ta’ kulħadd: tal-bnedmin ta’ kull reliġjon, u aktarx anki ta’ dawk li ma jistqarru ebda waħda. It-talb jitwieled fis-satra tagħna nfusna, f’dak il-post ġewwieni li spiss l-awturi spiritwali jsejħulu “qalb” (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 2562-2563). Għalhekk, dak li jitlob fina mhuwiex xi ħaġa periferika, mhux xi fakultà sekondarja jew fit-tarf ta’ ħajjitna, imma hu l-iktar misteru ġewwieni tagħna nfusna… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 13 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

L-Erbgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-6
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-kċina tal-proġett ‘Solidarity Meals’

Kuljum jitqassmu mas-700 ikla mill-parroċċi

  Is-Salini

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna llum żar il-kċina ta’ ristorant fis-Salini fejn qed jiġu ppreparati madwar 700 ikla sħuna kuljum għall-persuni vulnerabbli, bħala parti mill-proġett ‘Solidarity Meals’. Dawn l-ikliet huma sponsorjati minn The Alfred Mizzi Foundation u jitqassmu mill-entità tal-Knisja Caritas Malta permezz tad-Djakonija Unit li taħdem id f’id mal-parroċċi u ma’ entitajiet oħra tal-Knisja li joffru servizz fil-komunità.

Waqt iż-żjara l-Arċisqof iddawwar mal-istabbiliment minn Julian Sammut, iċ-Chairperson ta’ The Alfred Mizzi Foundation, u kien akkumpanjat minn Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta; u Albert Debono, il-Kap tad-Djakonija Unit u l-Kordinatur ta’ dan il-proġett… Kompli aqra »

Is-sliem: l-ikbar rigal li jagħtina Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-infermiera kollha, Maltin u barranin, li jagħtu servizz fl-isptarijiet u fid-djar residenzjali tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 14 ta’ San Ġwann, hija meħuda mid-diskors ta’ Ġesù fl-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Ftit sigħat wara dan id-diskors Ġesù jiġi arrestat u tibda t-tortura ħarxa tiegħu, il-passjoni tiegħu u l-mewt fuq is-salib.

Imma f’dan il-kuntest Ġesù jitkellem dwar is-sliem, il-paċi tal-qalb. “Jiena nħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi” (Ġw 14:27). Dawn huma kliem li aħna nfakkru f’kull quddiesa qabel is-saċerdot jgħidilna biex nagħtu l-paċi lil xulxin… Kompli aqra »

Il-konsegwenzi fuq il-libertà reliġjuża fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-covid-19

“The reopening of churches must be implemented by civil authorities in dialogue with ecclesial institutions”, states Fr Barrios Prieto, General Secretary of COMECE, thereby expressing a widespread feeling within the Church in many EU Member States.

“Freedom of religion, including freedom of worship, is a fundamental right and a real necessity for many people – states Fr Barrios Prieto… Kompli aqra »