Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 12 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

It-Tlieta tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14, 19-28
Salm: 144 (145), 10-11.12-13ab.21

L-Evanġelju: Ġw 14, 27-31a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”.

Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni… Kompli aqra »

X’hemm isbaħ milli Alla jgħammar fina? – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta biex ma jdumx ma jasal iż-żmien li niltaqghu fil-knejjes biex nisimghu l-Kelma ta' Alla u nirċievu lil Ġesù fis-Sagrament tal-Ewkaristija

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju kollu, hemm darba biss li jissemma Ġuda bil-kliem li hu qal – Ġuda mhux l-Iskarjota imma l-appostlu l-ieħor. Proprju fl-Evanġelju tal-lum, meta jagħmel dik il-mistoqsija: “Mulej, din kif inhi li int se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”

Kien hemm diversi li staqsew mistoqsijiet lil Ġesù f’dak id-diskors tal-aħħar ċena għax riedu li jifhmu aktar ċar – bħal Tumas u Filippu… Kompli aqra »

Il-Vatikan jipprovdi linji gwida pastorali biex jgħin persuni li huma migranti f’pajjiżhom stess

A displaced Yemeni woman prepares food inside a temporary shelter at a camp for internally displaced persons on the outskirts of Sana’a  (ANSA)

The Migrants and Refugees Section of the Dicastery for Promoting Integral Human Development provides new guidelines for responding to the challenges of assisting internally displaced persons.

The Vatican on Tuesday presented guidelines for the Church’s response to the situation of internally displaced persons (IDPs)… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob fil-Quddiesa għal dawk li tilfu xogħolhom

  Il-Vatikan

Pope Francis turns his thoughts during morning Mass to those who are suffering because they have lost their jobs due to the pandemic and reflects on how God has sent the Holy Spirit to accompany and sustain us throughout our lives.

Pope Francis presided over Mass at the Casa Santa Marta on the Monday of the Fifth Week of Easter. During his introduction he said that at this time his thoughts go to the unemployed… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 11 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

It-Tnejn tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14, 5-18
Salm: 113B (115), 1-2.3-4.15-16

L-Evanġelju: Ġw 14, 21-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”. Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”. 

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

“It-triq, il-verità u l-ħajja” – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jiena t-triq, il-verità u l-ħajja”.  Dan huwa l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju tal-lum.

Nixtieqkom tinnutaw kif dan il-kliem ta’ Ġesù – it-triq, il-verità u l-ħajja – imiss xewqat mill-aktar profondi li għandna fil-qalb tagħna. 

Xewqa li għandna hi żgur li nkunu nafu t-triq, li nkunu fit-triq it-tajba. Ngħiduha kemm-il darba f’ħajjitna u nħossuha, li aħna nixtiequ li l-mixja tal-ħajja tagħna tkun fit-triq it-tajba… Kompli aqra »

Il-verità li tgħallmek ommok hija verità personali u hija frott l-imħabba – L-Arċisqof

Quddies fil-Ħames Ħadd tal-Għid u Jum l-Omm

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ li bih jibda l-Evanġelju tal-lum il-Mulej Ġesù, huwa messaġġ attwali ħafna u neċessarju: “Tħallux qalbkom titħawwad” (Ġw 14:1).

Huwa messaġġ li jrid jagħmlilna kuraġġ. Ġesù qal dan il-kliem f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija qabel ma beda l-passjoni tiegħu, qabel ma għadda mit-turufnament tal-għaraq tad-demm fl-Ort tal-Ġetsemani. Qalbu wkoll kienet tħawdet huwa u jirrifletti u jgħix it-tradiment ta’ Ġuda u ċ-ċaħda ta’ Pietru imma lilna jkompli jagħmlilna kuraġġ: “Tħallux qalbkom titħawwad”… Kompli aqra »