Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ April

L-Erbgħa tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 1-10
Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 13-35

Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi ħdax-il kilometru bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom… Kompli aqra »

Ġesù jsejħilna ‘ħutu’ għax bil-mewt u l-qawmien tiegħu rrikonċiljana bejnietna u mal-Missier – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-protezzjoni tal-ħajja f’kull ċirkustanza

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġli u anke Ġesù l-ġardinar fid-djalogu tagħhom ma’ Marija ta’ Magdala jsejħulha sempliċement ‘mara’. U jagħmlulha din il-mistoqsija, kemm l-anġli u kemm Ġesù l-ġardinar: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” (Ġw 20:13,15).

Id-domanda hija domanda ironika. L-anġli u Ġesù l-ġardinar jafu r-risposta, jafu li qiegħda tibki l-mewt ta’ Ġesù. U issa trawma oħra: il-fatt li l-katavru ta’ Ġesù m’għadhux fil-qabar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ April

It-Tlieta tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 36-41
Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22

L-Evanġelju: Ġw 20, 11-18

F’dak iż-żmien, Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?”… Kompli aqra »

Qalb miftuħa għal Ġesù ħaj – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għat-tliet vittmi tal-COVID-19

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kemmxa flus ġmielha”. Dan kien li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ taw lill-għases biex jivvintaw storja ħa jagħmlu cover-up, ħa jgħattu l-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù.

Il-ġrajja tal-qawmien fil-fatt hi ġrajja fundamentali għall-fidi tagħna. Naraw kif toħloq reazzjonijiet differenti: hawn għandna l-kuntrast fl-Evanġelju bejn dawk li kellhom qalbhom magħluqa, anzi kif juri l-Evanġelju, qalb korrotta; u dawk li kellhom qalb miftuħa, u aċċettaw u laqgħu lil Kristu ħaj… Kompli aqra »

Il-Papa jagħraf il-kontribut tan-nisa fil-pandemija tal-Covid-19

  Il-Vatikan

Pope Francis during the Regina Caeli message in the library of the Apostolic Palace  (Vatican Media)

In his remarks after the recitation of the Regina Caeli, the Pope reflected on the contribution women are giving today during the coronavirus pandemic.

After reciting the Regina Caeli in the library of the Apostolic Palace on the Monday after Easter, Pope Francis continued reflecting on how women are contributing during the coronavirus crisis… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ April

It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

L-Evanġelju: Mt 28, 8-15

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »

Iż-żerriegħa ta’ ħajja ġdida – L‑Isqof Galea‑Curmi

Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Bdejna din il-Vġili tal-Għid fid-dlam. U kien fid-dlam ukoll meta ż-żewġ nisa, kif smajna fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Mattew, marru fejn il-qabar ta’ Ġesù. Kien fid-dlam meta qed jibda jżernaq il-jum. Ma marrux hemmhekk bit-tama li jarawh ħaj. Marru hemmhekk sforz l-imħabba kbira li kellhom lejh, huma li kienu tant qrib tiegħu fil-ħajja. Huma li kienu semgħu l-kelma tiegħu, kienu qrib tiegħu, baqgħu fidili lejh sal-aħħar, sa taħt is-salib, huma li xtaqu li qatt ma jgħaddu minn din l-esperjenza tal-firda daqshekk kiefra li Ġesù mhux biss imut imma jkun maqtul b’dak il-mod terribbli… Kompli aqra »

Imseħbin ma’ Kristu fil-qawmien tiegħu – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Dakinhar li b’ġebla kbira għalqu l-qabar li qiegħdu fih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù, u riedu wkoll iqiegħdu l-għases – qisu l-qabar kellu bżonn is-security – biex ikunu żguri li qatt aktar ma jisimgħu l-kelma ta’ Ġesù jew b’xi mod jew ieħor ikollhom x’jaqsmu miegħu, dakinhar ħafna min-nies ħasbu li dak kien it-tmiem tal-istorja ta’ Ġesù Kristu. Kien għadda minn dik il-passjoni sħiħa, mill-mewt… Kompli aqra »