Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa f’Ħadd il-Palm – 5 t’April 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Ħadd il-Palm ul-Passjoni tal-Mulej mill-Kurja – 05/04/2020

Posted by Archdiocese of Malta on Sunday, April 5, 2020 Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37, 21-28
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Ġw 11, 45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali… Kompli aqra »

Nitolbu biex inkunu nistgħu nagħmlu pellegrinaġġ nazzjonali fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib (14 Sett) – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali trasmessa f'Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ta’ kull sena aħna l-Maltin u l-Għawdxin nieqfu ħdejn is-salib ta’ Ġesù maġenb ommu. Kulħadd jista’ jimmaġina d-dulur tal-omm li tara lil Binha l-għażiż ikkundannat għall-mewt, għall-mewt tassew kiefra.

Aħna qegħdin hawnhekk f’dan il-post għażiż li jħaddan dan il-kurċifiss straordinarjament qawwi fl-espressjoni artistika tiegħu li aħna lkoll nafuh bħala l-Kurċifiss mirakoluż. Il-poplu Malti u Għawdxi dejjem dar lejn din ix-xbieha ta’ Ġesù msallab, jitlobha fil-mumenti iebsa… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 4 ta’ April 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-omm wieqfa taħt is-salib – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa f'Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ommu …” Dak li naqraw f’San Ġwann l-evanġelista jgħidilna fil-qosor ħafna li Marija kienet wieqfa taħt is-salib. Ma jgħidx x’kienet qed tħoss dak il-ħin, ma jispjegax id-dulur tagħha, imma jgħid li kienet wieqfa taħt is-salib taqsam it-tbatija ma’ binha Ġesù.

Tolqotna din is-sentenza ta’ San Ġwann fuq Marija li kienet wieqfa hemm. Għaliex jekk aħna ninnutaw ftit fl-Evanġelju, naraw li Marija, wara t-twelid u t-tfulija ta’ Ġesù, ftit li xejn tissemma – xi darba jew tnejn tul il-ministeru ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju f’Jum id-Duluri – 3 t’April 2020, 5:30pm

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

Il-Kurċifiss mirakoluż

Illum, 3 ta’ April 2020, Jum id‑Duluri, fuq talba tal‑Arċisqof il‑quddies ser jixxandar mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s‑soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.

Il‑Quddiesa tad‑9:30am, segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑Quddiesa tal‑5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna,.

L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑Quddies li ser jixxandar fuq TVM2, NET, ONE, Xejk, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ April

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39
Salm: 17 

L-Evanġelju: Ġw 19: 25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.

Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.”

U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »