Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Marzu

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37, 12-14
Salm: 129 (130), 1-2.3-4ab.4c-6.7-8
It-Tieni Qari: Rum 8, 8-11

L-Evanġelju: Ġw 11, 1-45

F’dak iż-żmien, 1kien hemm wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lażżru, il-marid, kien ħuha. Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid”… Kompli aqra »

Negħlbu l-preġudizzji meta nisimgħu b’qalb miftuħa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali biex inqawwu l-fidi tagħna fil-Mulej

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Naħseb li diversi minna nistgħu nifhmu x’inhu preġudizzju. Jew għax aħna stess konna preġudikati fuq xi ħadd, jew għax konna vittma ta’ preġudizzju. Preġudizzju tfisser li ddaħħal xi ħaġa f’moħħok fuq xi ħadd, għalhekk preġudizzju, tiġġudikah qabel, u jagħmel x’jagħmel – jista’ jagħmel l-ilma jiżfen quddiemek – tibqa’ b’dak l-istess ħsieb fuqu.

Fl-Evanġelju naraw lil Ġesù vittma tal-preġudizzji tal-Fariżej u l-kapijiet ta’ dak iż-żmien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 11, 18-20
Salm: 7, 2-3.9bċ-10.11-12

L-Evanġelju: Ġw 7, 40-53

F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”… Kompli aqra »

It-talb u l-qadi fis-skiet: dawn huma l-armi rebbieħa tagħna

Mument stroardinarju ta’ talb mill-Papa Franġisku

  Il-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan

Illejla, 27 ta’ Marzu fis-6pm, quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku ppresieda mument straordinarju ta’ talb f’dan iż-żmien tal-pandemija flimkien mal-Adorazzjoni tas-Santissmu Sagrament, li beda bis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla. Qrib il-kanċell ewlieni tal-Bażilika tal-Vatikan kien hemm ix-xbieha tas-Salus Populi Romani u l-Kurċifiss ta’ San Marcello.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, il-Papa ta l-Barka ‘Urbi et Orbi’, bil-possibbiltà li wieħed jirċievi l-indulġenza plenarja.

L-omelija tal-Papa Franġisku

“Xħin sar filgħaxija” (Mk 4:35)… Kompli aqra »

Ejjew nitħejjew biex nilqgħu d-don tal-fidwa li ried jagħtina Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali biex Alla jimliena bil-kuraġġ u jbegħedna minn kull biża’

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan l-Evanġelju jippreparana għall-kunflitt kbir li mbagħad iseħħ b’mod qawwi fil-Ġimgħa Mqaddsa, kunflitt bejn Ġesù u l-kapijiet ta’ Ġerusalemm.

Hija l-festa tal-Għerejjex. Il-festa tal-Għerejjex kienet festa kbira fil-ħarifa meta l-poplu Lhudi kien ifakkar l-40 sena li għamel iterraq fid-deżert, l-għerusija tiegħu ma’ Alla fejn irċieva l-kmandamenti, fejn bena l-arka tal-preżenza tal-Mulej, id-don tal-manna. Fil-fatt fl-arka li tiġi ċċelebrata wkoll fil-festa tal-Għerejjex, kien hemm it-twavel tal-Liġi u ftit manna li l-Iżraeliti ġabru fid-deżert matul dawk l-40 sena… Kompli aqra »

Bla biża’, bil-fedeltà u bl-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali biex Alla jimliena bil-kuraġġ u jbegħedna minn kull biża’

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-mistoqsijiet li ġieli nagħmlu lilna nfusna hija: għaliex tagħmel il-ġid u taqlagħha fuq wiċċek? Għaliex tipprova tagħmel it-tajjeb u ssib ostakli, u ssib min jippersegwitak għax tagħmel it-tajjeb? Ġieli nisimgħu din il-mistoqsija, u forsi ġieli għamilnieha aħna stess lilna nfusna.

Nifhmu għaliex meta aħna naraw dan fid-dawl ta’ Ġesù. Fl-Evanġelju darbtejn hawn miktub li kienu qegħdin ifittxu li joqtluh… Kompli aqra »

Għaliex il-Barka tal-Papa llum hi unika?

How can Pope Francis get closer to believers scattered around the planet at a moment of grave danger? This is a question that the Pope undoubtedly reflected upon when the coronavirus began its rapid spread around Italy and the globe.

The answer does not consist in live-streaming Mass so that everyone can follow him through the Internet, even though he is in fact doing that each morning… Kompli aqra »

Live: Mument straordinarju ta’ talb mal-Papa Frangisku, illejla fis-6pm

  Il-Vatikan

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, illejla, fis‑6pm, ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill‑Belt tal‑Vatikan. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil pjazza, ser tiġi pproklamata l‑Kelma ta’ Alla, isir mument ta’ adorazzjoni tas‑Sagrament Imqaddes, u wara l‑Papa ser jagħti l‑Barka Urbi et Orbi (lill‑Belt u lid‑Dinja) bil‑possibbiltà li wieħed jirċievi l‑indulġenza plenarja.

F’dan iż‑żmien diffiċli, fejn fid‑dinja għaddejja l‑pandemija tal‑coronavirus, il‑Papa Franġisku qed jistieden lill‑Insara kollha jingħaqdu miegħu fit‑talb permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali… Kompli aqra »