Yearly Archives: 2020

Il-Papa fl-Angelus: Kristu hu s-sors tal-ilma ħaj

  Il-Vatikan

Pope Francis prays the Angelus in the Apostolic Library 

Pope Francis reflects on the Gospel passage recounting Jesus’ meeting with the Samaritan woman at the well before reciting the Angelus this Sunday.

Pope Francis began by recalling how Jesus was on a journey with His disciples when He decided to take a break in Samaria near a well.

“Jesus is tired… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-knejjes – 15/03/2020

Inkomplu nitolbu għad-don tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem filwaqt li nħarsu s-saħħa pubblika

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jfakkar li minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika u fl-ispirtu tad-direttivi maħruġa mill-Isqfijiet fit-12 ta’ Marzu 2020, għall-ġid komuni:

  • Għandha tkun evitata kull inizjattiva li tistieden lill-Insara jinġabru fil-knisja. 
  • Il-knejjes għadhom miftuħa iżda għandna nevitaw li jinġabru gruppi numerużi bil-periklu li jinfirex il-mard.
  • Waqt li l-knisja tkun miftuħa, tajjeb li jkun hemm saċerdot disponibbli…
  • Kompli aqra »

Nużaw dan il-mument biex nadurawH “fl-ispirtu u fil-verità” – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali trasmessa live

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ġesù qiegħed fi vjaġġ u jgħaddi minn belt li mhix belt ħabiba, belt tas-Samaritani jisimha Sikar. Ġwanni l-evanġelista jippreżentalna lil Ġesù fil-bidu ta’ dan l-Evanġelju sabiħ li għadna kemm smajna u li aħna nafuh bħala l-Evanġelju tas-Samaritana.

Niltaqgħu ma’ Ġesù fil-bidu ta’ dan ir-rakkont bħala bniedem bħalna li jaf x’inhi l-għejja, jaf x’inhu l-għatx u li jitlob lil din il-mara biex tagħtih x’jixrob… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Marzu

It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 17, 3-7
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Rum 5, 1-2.5-8

L-Evanġelju: Ġw 4, 5-42

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir… Kompli aqra »

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Ġesù meta jgħallimna naħfru, jgħallimna wkoll nitolbu maħfra – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għat-tobba, l-infermiera u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u dawk kollha fil-bżonn

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

F’dan is-Sibt tar-Randan Ġesù jagħtina waħda forsi mill-isbaħ parabboli li jaqsam magħna mill-Kapitlu 15 ta’ San Luqa.

Jiena nixtieq nislet riflessjoni qasira fuq kif il-missier jiddeskrivi dak li jagħmel l-iben iż-żgħir. “Kien mitluf u nstab, kien mejjet u reġa’ qam” (Lq 15:32). Għall-missier it-tifel iż-żgħir li xtaq jaqsam il-ġid u jieħu sehmu, li ġeneralment kienet issir meta jmut il-missier, jiġifieri bil-pulit qallu: ‘jiena nixtieqek mejjet biex inkun nista’ nirtek, ħa nieħu sehmi’… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 7, 14-15.18-20
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.9-10.11-12

L-Evanġelju: Lq 15, 1-3.11-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”. U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:

“Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied… Kompli aqra »