Yearly Archives: 2020

Is-sawm qatt ma kien biex isawwat ‘l bniedem imma biex jgħinu biex iħobb aħjar – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għall-poplu tagħna u għal dawk kollha fil-bżonn

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Qegħdin fit-tieni ġimgħa tar-Randan, dan iż-żmien ta’ preparazzjoni għall-Għid u kif nafu dan huwa staġun ta’ penitenza, staġun ta’ sawm, staġun fejn aħna nittrażżnu iżjed mis-soltu. Imma f’dan l-istaġun ta’ tħejjija, il-jum tal-ġimgħa dejjem huwa jum partikolari sa mill-ewwel ġimgħa tar-Randan fil-ġimgħa li hija l-ġurnata li tfakkarna fil-passjoni tal-Mulej, l-Evanġelju jantiċipa dak li aħna se niċċelebraw u nfakkru fil-Ġimgħa l-Kbira… Kompli aqra »

Ħinijiet aġġornati għat-Talb mill-Kurja

L‑Uffiċċju Komunikazzjoni tal‑Kurja tal‑Arċisqof jixtieq javża li ġew aġġornati l‑ħinijiet ta’ talb li qed jixxandar fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Mit‑Tnejn sal‑Ħadd ser tixxandar Quddiesa kuljum fid‑9:30 a.m. Is‑Sibt tixxandar Quddiesa oħra mis‑Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex, fis‑6:30 p.m.

Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa ser jixxandar ukoll Rużarju fil‑5:30 p.m.

Dawn il‑bidliet fil‑ħinijiet jidħlu fis‑seħħ minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu… Kompli aqra »

Avviż Ġenerali u Helpline

Minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall‑pubbliku. Dan qed isir bħala miżura ta’ prekawzzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà kemm tal‑pubbliku kif ukoll tal‑impjegati.  

Għalhekk, il‑Kurja qed tniedi helpline għal dawk li jkollhom xi mistoqsijiet urġenti relatati mal‑ħidma tal‑Arċidjoċesi. In‑numru 79241281 se jibda jopera minn għada s‑Sibt, bejn id‑9:00 a.m… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 37, 3-4.12-13a.17b-28
Salm: 104 (105), 16-17.18-19.20-21

L-Evanġelju: Mt 21, 33-43.45-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-Quddies – 12/03/20

L-Insara kollha mistiedna jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa

Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli… Kompli aqra »

Xandiriet ta’ talb mill-Kurja tal-Arċisqof

L-Insara kollha mistiedna jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa

Il‑Kurja tal‑Arċisqof ser tibda xandiriet regolari biex l‑Insara kollha jkunu jistgħu jingħaqdu fit‑talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il‑pariri mogħtija mill‑awtoritajiet tas‑saħħa.

Dawn ix‑xandiriet ser isiru mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, u ser jixxandru fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Għada, il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu f’nofsinhar, l‑Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Messaġġ mill-Uffiċċju tal-President b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus

Sa mill-bidu nett tal-imxija tal-Covid-19 (Coronavirus), il-President George Vella kien qiegħed iżomm ruħu aġġornat dwar dak li kien għaddej u dwar l-informazzjoni medika u epidemijoloġika marbuta ma’ din il-marda.

Issa, li kif kien jidher probabbli minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħna, u l-kuntatti internazzjonali ta’ pajjiżna, żviluppaw każi ta’ Covid-19 li ġew impurtati minn barra pajjiżna, il-President Vella jixtieq jesprimi l-ewwel u qabel kollox id-dispjaċir tiegħu għal dawk li ħadu l-infezzjoni u jawguralhom fejqan ta’ malajr… Kompli aqra »

Position Paper dwar il-Liġi tal-Ugwaljanza

The Church is one among several organisations that have a stake in what the Equality Law shall be requiring for the implementation of equality across practically all areas of social life. It has focused on matters that are very closely related to its mission, because it believes that religious freedom, as a universal human right, should not be unduly restrained as a result of an inadequate understanding of the principle of equality… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17, 5-10
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani… Kompli aqra »