L‑Uffiċċju Komunikazzjoni tal‑Kurja tal‑Arċisqof jixtieq javża li ġew aġġornati l‑ħinijiet ta’ talb li qed jixxandar fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Mit‑Tnejn sal‑Ħadd ser tixxandar Quddiesa kuljum fid‑9:30 a.m. Is‑Sibt tixxandar Quddiesa oħra mis‑Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex, fis‑6:30 p.m.

Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa ser jixxandar ukoll Rużarju fil‑5:30 p.m.

Dawn il‑bidliet fil‑ħinijiet jidħlu fis‑seħħ minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu.