Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Est 4, 17 n. p-r.aa-bb.gg-hh
Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

L-Evanġelju: Mt 7, 7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? … Kompli aqra »

Tinfetaħ mill-ġdid il-Kripta tal-Gran Mastri tal-Ordni ta’ San Ġwann

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann inawgurat l-aċċess ġdid għall-viżitaturi tal-Kripta tal-Granmastri tal-Ordni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2020. Il-proġett ta’ restawr u ta’ konservazzjoni sewa’ madwar nofs miljun ewro u sar b’finanzjament u ħidma kontinwa mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. L-aċċess għall-Kripta hu minn taraġ fil-Kappella tal-Lingwa ta’ Provence, u tista’ tiġi apprezzata minn wara bieb tal-ħġieġ.

L-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Il-pedament jibqa’ dejjem il-Kelma tal-Mulej – L-Arċisqof

Seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Lettorat

  Is-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Il-kliem tiegħek, Mulej huwa spirtu u ħajja” Dan huwa il-vers tar-Responsorju li l-Knisja tressaq quddiemna f’dan il-jum tar-Randan, it-Tnejn tal-ewwel ġimgħa tar-Randan. Huwa ispirat minn kapitlu 6 ta’ San Ġwann vers 63 fejn Ġesù stess jiddeskrivi l-kelma bħala dik li tagħti l-ispirtu u l-ħajja.

Intom u ssiru qaddejja tal-Kelma, għeżież Shaun u Jean Claude, ftakru li l-Kelma mhijiex tagħkom imma hija tal-Mulej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-10
Salm: 50 (51), 3-4.12-13.18-19

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Arċisqof Scicluna f’missjoni pastorali fil-Messiku biex jgħin lill-isqfijiet fil-ġlieda kontra l-abbużi

Archbishop Charles J. Scicluna and Spanish Monsignor Jordi Bertomeu walk in for a press conference, in Santiago, Chile. (Credit: Esteban Felix/AP.)

Pope Francis is sending two top aides to Mexico to help the local bishops address the clerical abuse crisis in Mexico.

The pontiff tapped Maltese Archbishop Charles J. Scicluna and Spaniard Fr Jordi Bertomeu, the same duo he had sent to Chile in 2018 in the aftermath of the media firestorm over allegations that Bishop Bishop Juan Barros of Osorno covered up the abuse of notorious pedophile Fr Fernando Karadima, who was found guilty by the Vatican in 2011 of sexually abusing minors… Kompli aqra »

Avviż

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li għada l-Erbgħa 4 ta’ Marzu waranofsinhar, l-Uffiċċju Żwiġijiet ser ikun magħluq. L-Uffiċċju Żwiġijiet jerġa’ jiftaħ il-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u l-11:30 a.m. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55, 10-11
Salm: 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19

L-Evanġelju: Mt 6, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: ‘qatt tidħol fi djalogu max-xitan’

Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan, l-Evanġelju (cfr Mt 4, 1-11) jirrakkuntalna li wara l-Magħmudija fix-xmara Ġordan, “l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ikun imġarrab mix-xitan” (v. 1).  Hu jħejji ruħu għall-bidu tal-missjoni tiegħu ta’ ħabbar tas-Saltna tas-Smewwiet, u, bħal Mosè u Elija qablu (cfr Eż 24,18; 1 Sla 19,8) fl-Antik Testment, jitħejja bis-sawm għal erbgħin jum.  Jidħol “fir-Randan”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19, 1-2.11-18
Salm: 18 (19), 8.9.10.15

L-Evanġelju: Mt 25, 31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »