Yearly Archives: 2020

Kunsill ġdid tal-Kappillani 2020-2022

(xellug) Dun Robert Grech, Dun Mario Mangion, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, Dun Josef Mifsud u Dun Christopher Ellul. (Wara xellug) Dun John Muscat u Dun Ewkarist Zammit.

Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2020 – 2022 fil-laqgħa tal-Kulleġġ tat-12 ta’ Frar. Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta. Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma:

President: Dun Mario Mangion (l-Arċipriet ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi)
Viċi President: Dun Ewkarist Zammit (l-Arċipriet ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi)
Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Robert Grech (il-Kappillan tas-Swatar)
Kaxxier: Dun John Muscat (il-Kappillan ta’ Paola Lourdes)
Segretarju tal-Kunsill: Dun Josef Mifsud (l-Arċipriet tas-Siġġiewi)
Membri: Dun Christopher Ellul (l-Arċipriet Ħal Tarxien) u Dun Reuben Micallef (il-Kappillan Pembroke)

Il-Kunsill huwa responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ u jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: ‘Alla jgħallimna libertà u responsabbiltà vera’

Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 5,17-37) hu mislut ‘mid-diskors tal-muntanja”.  Jittratta l-argument tal-ħarsien tal-Liġi: kif għandi nobdi l-Liġi, x’għandi nagħmel.  Ġesù jrid jgħin lil min kien qed jisimgħu biex il-mod li bih jiħaddmu r-regoli tal-Kmandmenti mogħtijin lil Mosè jkun korrett, billi jħeġġiġhom li jkunu disponibbli għal Alla, li jedukana dwar liema huma l-libertà vera u r-responsabbità permezz tal-Liġi. 

Ifisser li ngħixuha (il-Liġi) bħala strument tal-libertà.  Ma ninsewhx dan: ngħixu l-Liġi bħala strument tal-libertà, li jgħinni biex inkun aktar ħieles, li jgħinni biex ma nkunx ilsir tal-passjonijiet u tad-dnub.  Niftakru fil-gwerer, niftakru fil-konsegwenzi tal-gwerer, niftakru f’dik it-tifla li mietet bil-kesħa fis-Sirja l-bieraħtlura.  Tant diżastri, tant minnhom.  Dan hu frott il-passjonijiet u n-nies li jagħmlu l-gwerra ma jafux jiddominaw il-passjonijiet tagħhom.  Jonqos li huma josservaw il-Liġi.  Meta nċedu għat-tentazzjonijiet u l-passjonijiet, ma nkunux fil-kontroll u protagonisti ta’ ħajjitna, imma nitilfu l-ħila li nikkontrollawha bir-rieda u r-responsabbiltà… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 1-11
Salm: 118 (119), 67.68.71.72.75.76

L-Evanġelju: Mk 8, 11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”.

U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 15, 15-20
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.17-18.33-34
It-Tieni Qari: 1 Kor 2, 6-10

L-Evanġelju: Mt 5, 17-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

Ejjew nilqgħu b’qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Il-Vjaġġ Appostoliku f’Malta mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku

Għeżież,

Huwa b’ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta’ Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin.

Meta f’Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta
fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 12, 26-32; 13, 33-34
Salm: 105 (106), 6-7a.19-20.21-22

L-Evanġelju: Mk 8, 1-10

F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”… Kompli aqra »

In-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta ċelebrat f’Ruma

  Il-Knisja ta' Santa Maria fi Trasportina ta’ Via della Conciliazione, Ruma

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Frar 2020 ġiet ċelebrata l-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta permezzz ta’ Quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Maria fi Trasportina ta’ Via della Conciliazione presjeduta minn Patri Karmelitan Michael Farrugia. Miegħu kkonċelebraw 12-il saċerdot Malti. Għaċ-ċelebrazzjoni attendew l-Ambaxxatur Malti għall-istat Taljan Joseph Cuschieri, l-istaff tal-Ambaxxata Maltija f’Ruma u komunità mdaqqsa ta’ Maltin li jgħixu Ruma.  Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 46-69
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

Twajba, ġentili u akkoljenti

L-aħbar li l-Papa Franġisku se jżur Malta f’Mejju li ġej intlaqgħet b’ferħ kbir. It-tħabbira ngħatat fl-10 ta’ Frar, waqt il-pontifikal fis-solennità ta’ San Pawl Nawfragu – festa għażiża għalina l-Maltin peress li n-nawfraġju ta’ San Pawl jitqies bħala t-twelid tal-fidi Nisranija f’Malta.

F’Jannar li għadda, il-Papa kemm-il darba rrifletta fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli li tirrakonta n-nawfraġju ta’ San Pawl, u tkellem b’mod partikolari dwar il-qalb ħanina tal-Maltin li laqgħet lil Pawlu u l-275 nawfragi l-oħra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 11, 4-13
Salm: 105 (106), 3-4.35-36.37 u 40

L-Evanġelju: Mk 7, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh… Kompli aqra »