“Nitlob u nbierek lill-edukaturi kollha li b’kuraġġ kbir jgħidulna x’inhu tassew ta’ ġid għalina” – L-Arċisqof
19/11/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-bikja ta’ Ġesù fuq Ġerusalemm tintroduċina għall-aħħar żmien tas-sena liturġika fejn il-kliem ta’ Ġesù u s-siltiet tal-Evanġelju jitkellmu dwar it-tmiem ta’ Ġerusalemm, it-tmien tad-dinja, it-tmiem ta’ kull wieħed u waħda minna f’din il-ħajja.
Il-Mulej Ġesù jibki fuq Ġerusalemm (ara Lq 19:45). Fil-bikja ta’ mħabba, ta’ diqa u ta’ dulur għal din il-belt li huwa ħabb u li fiha kellu jiġi kkundannat ’il barra mill-ħitan tagħha, kellu jiġi msallab, midfun u mbagħad jirxoxta… Kompli aqra »