Yearly Archives: 2020

400 saċerdot imutu bil-Covid-19: “Stejjer ta’ eroj li għenuna nżommu ħajja t-tama”

The Catholic Churches in Europe suffered serious losses as a result of the pandemic: 400 priests and elderly religious died during the darkest months of the Coronavirus outbreak in Europe, sowing sickness and death. The estimated death toll is contained in a comprehensive report compiled by the Council of the Bishops’ Conferences of Europe (CCEE), providing an overview of the Church’s response to the Covid-19 pandemic… Kompli aqra »

L-ubbidjenza hi att ta’ mħabba lejn il-pajjiż, lejn id-demokrazija tagħna, u lejn id-dinjità ta’ kull persuna – L-Arċisqof

Quddiesa f’Jum il-Forzi Armati

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kittieba li kienu l-esperti tal-liġi — qishom l-avukati — fi żmien Ġesù kellhom problema kbira. Kien hemm ħafna liġijiet u d-domanda l-iżjed importanti kienet: imma liema hi l-aqwa liġi?

B’xi mod, fis-sistema tagħna llum m’għandux ikollna problema. L-aqwa liġi fil-pajjiż hija l-Kostituzzjoni. Imma d-domanda li dan il-kittieb jagħmel lil Ġesù hija domanda kostituzzjonali. Liema hi l-aqwa liġi? Fuq liema liġi jinbnew il-liġijiet kollha? … Kompli aqra »

Meta dak li hu żgħir hu kbir f’għajnejn Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

  Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku għandu mħabba kbira lejn Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Jgħidu li meta kien għadu ma sarx Papa – kien għadu l-Kardinal Bergoglio – kellu d-drawwa li meta jikteb xi ittra, anke ċkejkna, jibgħat magħha santa ta’ Santa Tereża. B’dan il-mod ried jenfasizza r-rabta speċjali ma’ din il-qaddisa. Kien ħadem ukoll biex ixerred l-imħabba lejha speċjalment qalb il-foqra li kienu jgħixu kultant f’miżerja… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Forzi Armati – 2 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Forzi Armati, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fid-9:30am u tixxandar fuq TVM2, u l-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 23, 20-23a
Salm: 90, 1-6.10-11

L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10

F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ottubru 2020

Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

“Il-ġudizzju tal-imħallef u d-deċiżjoni tal-maġistrat iridu jiġu mhux biss mix-xjenza imma wkoll mill-kuxjenza” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2020-2021

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej jibgħat tnejn u sebgħin dixxipli oħra” (Lq 10:1). Huwa numru kbir imma jgħidilhom li “il-ħsad huwa kbir tassew” (Lq 10:2). Nimmaġina li l-Ministru jkollu l-istess dilemma meta jħares lejn il-bżonnijiet tal-ġustizzja u jgħid li verament l-għalqa hija kbira. Hemm bżonn li wieħed jaħdem fuq li jaħdem biex is-servizz li jingħata jkun effiċjenti u ta’ kwalità.

Ġesù juża’ frażi li nixtieq nirrifletti ftit fuqha u nsellem lilkom fil-bidu ta’ sena ġdida ta’ servizz għall-ġustizzja fil-Qrati tal-Ġustizzja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19, 21-27
Salm: 26 (27), 7-8a.8b-9abċ.13-14

L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

Karatteristiċi ta’ skola Kattolika

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi lill-edukaturi l-ġodda fl-iskejjel tal-Knisja

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Bi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika 2020‑2021, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar online organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. Aktar minn 150 edukatur ġdid bdew jaħdmu fl‑iskejjel tal‑Knisja f’din is‑sena skolastika l‑ġdida.

Fil-messaġġ tiegħu l-Isqof irringrazzja lill-edukaturi talli għażlu li jgħallmu fi skola tal-Knisja u stedinhom biex jieħdu dejjem bis-serjetà l-formazzjoni kontinwa (ongoing education), b’mod partikolari f’dak kollu li jiddistingwi l-iskola Kattolika u l-etos tagħha… Kompli aqra »