Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 8, 4-7.11-13
Salm: 113 B (115), 3-4.5-6.7ab-8.9-10

L-Evanġelju: Mt 9, 32-38

F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”.

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

Fidi u determinazzjoni – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta sabiex Ġesù jkun il-fejqan tal-morda u d-duwa tar-ruħ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’din is-silta qasira għandna miraklu ġo miraklu. Nixtieq li naraw din il-ġrajja x’tgħidilna għal ħajjitna llum.

Jekk inħarsu lejn din il-mara li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati b’din il-kundizzjoni, naraw fiha l-fidi –  il-fidi li Ġesù jista’ jfejjaqha. Mhux bilfors kienet taf ħafna fuqu, jew taf ħafna x’għallem, imma kellha din il-fidi li mqar tmiss it-tarf tal-libsa tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-foqra huma l-bennejja tal-umanità l-ġdida

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Is-silta tal-Evanġelju ta’ dal-Ħadd (cfr Mt 11,25-30) hi maqsuma fi tliet partijiet: qabel xejn Ġesù jinseġ innu ta’ barka u radd il-ħajr lill-Missier għax wera l-misteru tas-Saltna lill-foqra u liċ-ċkejknin; imbagħad jikxef ir-relazzjoni intima li hemm bejnu u l-Missier; u fl-aħħar jistedinna mmorru għandu u nimxu warajh biex insibu s-serħan.

L-ewwelnett, Ġesù jfaħħar lill-Missier għax is-sigrieti tas-Saltna tiegħu, tal-verità tiegħu, żammhom mistura “minn min għandu l-għerf u d-dehen” (v… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 6 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2, 16.17b-18.21-22
Salm: 144 (145), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”… Kompli aqra »

“Ejjew għandi … tgħallmu minni” – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fl-14-il Ħadd Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li naħsbu ftit fuq żewġ stediniet li għamel Ġesù llum fl-Evanġelju li tista’ tiġborhom fil-kliem: “Ejjew għandi” u “Tgħallmu minni”.

Ġesù l-ewwel jgħid: “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin…”, u jgħid li fih aħna nsibu s-serħan tagħna.  Din kienet l-esperjenza tan-nies fi żmien Ġesù, li fih kienu jsibu dak li jagħtihom il-paċi fil-qalb: nies li kienu jkunu kultant morda, nies imwarrbin u emarġinati, nies iġġudikati mill-oħrajn, nies li kienu ġarrbu t-telfa ta’ xi ħadd għażiż għalihom… Kompli aqra »

Ma’ Ġesù, dak li hu madmad isir ħelu, dak li hu toqol isir ħafif – L-Arċisqof

Quddiesa fl-14-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ unur kbir għalija li nqaddes mill-Katidral, mill-knisja tal-isqof, u li miegħi għandi lil Mons. Vinċenz Deguara jikkonċelebra. Kien il-kappilan, niftakar meta kont ċkejken, fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

Ġesù jfaħħar lill-Missier talli għażel liċ-ċkejknin (mhux kwistjoni ta’ tul) u jgħid il-ħwejjeġ ma jgħidilniex eżatt x’inhuma, imma nifhmu li huwa l-għerf veru tas-sema “Ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen” dawk li għandhom ħafna ittri wara isimhom b’xi mod, “urejthom liċ-ċkejknin” (Mt 11:25)… Kompli aqra »

Żjara mill-Arċisqof lill-maratona ta’ Missio

Ilbieraħ, nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju 2020, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna żar il-maratona ta’ Missio #hopemissiofest, li kellha l-għan tiġbor il-flus għall-missjonijiet li jsiru f’pajjiżi li għadhom qegħdin jiġu żviluppati. Permezz tal-maratona nġabret is-somma ta’ €574,145.

L-Arċisqof taha daqqa t’id fit-telefonati tad-donazzjonijiet u rringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin tal-ġenerożità tagħhom. Fiż-żjara tiegħu qal li meta nagħtu, nimlew qalbna bil-ferħ li nkunu għenna lill-oħrajn b’mod konkret… Kompli aqra »

Tibżgħux mill-imħabba għax mingħajrha ħajjitna ssir wied niexef – L-Arċisqof lis-saċerdoti novelli

Quddiesa ta' Radd il-Ħajr lil Alla għas-saċerdoti novelli

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

It-talba tiegħi għalikom hija li tkunu dan l-inbid ġdid għall-Knisja u li l-qalb tagħkom tkun damiġġjana mġedda. Ftakru li għandkom teżor u li qegħdin iġġorruh f’ġarar tal-fuħħar (2 Kor 4:7). It-teżor huwa s-saċerdozju li mhuwiex għalina imma għall-poplu. Mhuwiex sellum biex nitla’ imma pjuttost salib.

F’waħda mill-omeliji sbieħ tiegħu Papa Benedittu XVI uża din l-immaġini li dejjem tolqotni… Kompli aqra »

Il-Quddiesa tal-Ħadd mill-Katidral tal-Imdina – 5 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »