Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Lulju 2020
02/07/2020Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa…