Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 61, 9-11
Salm: 1 Sam 2, 1.4-8

L-Evanġelju: Lq 2, 41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

Kif jista’ jkun Alla ma jaċċettakx kif inti, kif ħalqek? – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù

  Il-Bażilika ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan iż-żmien nużaw kliem bħal: il-karattru ta’ dak li jkun jew il-personalità tiegħu, imma fl-Iskrittura, fit-tradizzjoni minn fejn nibtet u xxandret il-Kelma ta’ Alla, anke l-Evanġelju li għadna kemm smajna minn San Mattew, minflok dawn il-kelmiet karattru, personalità, isemmi u juża l-kelma ‘qalb’, xi ħaġa li anke aħna l-Maltin ngħidu: ‘kemm hu qalbu tajba, qalbu tad-deheb’. Il-qalb tfisser il-personalità ta’ dak li jkun… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
Solennità

L-Ewwel Qari: Dewt 7, 6-11
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.6-7.8.10
It-Tieni Qari: 1 Ġw 4, 7-16

L-Evanġelju: Mt 11, 25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

Live: Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù mill-Bażilika tal-Isla – 19 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Bażilika ta' Marija Bambina, l-Isla

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù mill-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla. Il-Quddiesa tixxandar live fuq TVM2 nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju 2020, fid-9:30am.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Kemm hi sabiħa li meta ngħidu l-Missierna ma nitolbux biss għalina imma wkoll għal ħutna – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-Isqfijiet tagħna, b'mod speċjali għall-Isqof-elett ta' Għawdex Mons. Anton Teuma

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu u jintroduċi t-talba li aħna nafuha bħala t-talba tal-Mulej, it-talba li għallimna hu, il-Mulej jinsisti li Alla huwa Missierna.

Fil-fatt it-talba stess tibda bil-kelma Missierna imma hija introdotta minn din l-espressjoni ta’ Ġesù: “Missierkom jaf x’teħtieġu qabel ma titolbuh intom” (Mt 6:8). U bħala konklużjoni immedjatament wara li jagħtina t-talba tal-Missierna, jerġa’ jinsisti li hemm bżonn naħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom biex Missierna, li hu fis-smewwiet, jaħfer lilna wkoll (Mt 6:14)… Kompli aqra »

Befriend – proġett virtwali bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani tal-Azzjoni Kattolika

Din is-sena, li hi d-90 anniversarju tal-Azzjoni Kattolika (AK), intgħażlet it-tema Mela Darba… – li qed tgħin lill-membri tal-AK jirriflettu fuq il-passat tal-għaqda, kif ukoll timmotivahom għall-ħidma preżenti u futura. Din wasslet biex permezz tal-iskema BeActive tal-Aġenzija Żgħażagħ, jiġu organizzati erba’ laqgħat online li laqqgħu numru ta’ żgħażagħ u anzjani, li minkejja huma membri tal-istess organizazzjoni, ftit li xejn ikollhom opportunitajiet fejn jiltaqgħu u jirrelataw b’mod iktar informali u soċjali flimkien… Kompli aqra »

Ippjanar intelliġenti u l-futur ta’ Ħal Ferħ

Ritratt: Google Earth

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq turi s‑sodisfazzjon tagħha għad‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar, li Villa Frere fi Gwardamanġa tingħata l‑ogħla grad ta’ protezzjoni. Daqstant ieħor ta’ min ifaħħar il‑ħruġ ta’ linji gwida bil‑ħsieb li tingħata attenzjoni akbar lill‑binjiet skedati u monumenti, meta jkunu qed jiġu proċessati applikazzjonijiet għal żvilupp qribhom. (Il‑KA tittama biss li l‑ispirtu ta’ dawn il‑linji gwida ma jkunx imminat mill‑membri tal‑kummissjonijiet li jiddeċiedu fuq l‑applikazzjonijiet ta’ żvilupp.) 

Jekk irridu li kull żvilupp li jsir ikun bil‑għaqal u sostenibbli, kif jidher li jixtieq il‑Ministru għall‑Ambjent, it‑Tibdil fil‑Klima u l‑Ippjanar Aaron Farrugia, ma jistax jonqos li jkollna ppjanar aktar intelliġenti milli kellna sa issa, u l‑KA tapprezza r‑rieda tajba ta’ dan il‑ministeru minn dan l-aspett… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sirak 48, 1-14
Salm: 96 (97), 1-2.3-4.5-6.7

L-Evanġelju: Mt 6, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

Mhux għal wiċċ in-nies – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi t’Għawdex biex il-Mulej ikun id-dawl u l-qdusija tiegħu

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għal tliet darbiet Ġesù fl-Evanġelju jgħid: “Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi.” Qed ifakkarna li Alla jara kollox, dak li jidher u dak li ma jidhirx; li Alla jara l-qalb, mhux biss dak li jidher minn barra. Ma jimpressjonax ruħu bil-faċċati. L-image ma tagħmilx bih.

Hawnhekk Ġesù mhux qed jitkellem fuq dak li hu ħażin, li Alla jarah ukoll… Kompli aqra »