Yearly Archives: 2020

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tifraħ lill-Isqof-elett Mons. Anton Teuma

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lill‑Isqof‑elett Mons. Anton Teuma, għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Isqof tad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

L‑Isqfijiet jirringrazzjaw lill‑Isqof Mario Grech għall‑ħidma tiegħu tul dawn l‑aħħar 14‑il sena bħala ragħaj tad‑Djoċesi ta’ Għawdex u kollaboratur ewlieni fil‑Konferenza Episkopali Maltija. L‑Arċisqof Scicluna u l‑Isqof Galea‑Curmi jwiegħdu t‑talb tagħhom u tal‑Knisja f’Malta għall‑Isqof‑elett u għad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

✠ Charles J… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: dawk li jemmnu vera jintervjenu għad-dinja

  Il-Vatikan

Pope Francis began his General Audience on Wednesday by noting that “God never liked to have anything to do with those who prayed the ‘easy’ way”. He used Moses as an example, explaining that he was not a “weak” dialogue partner either, from the very first day of his vocation.

The Pope noted that when God called him, “Moses was in human terms a ‘failure’”… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 17 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 2, 1.6-14
Salm: 30 (31), 20.21.24

L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-imħabba hi dik li fil-prova tgħinek tagħżel tajjeb, ma tpattix id-deni bid-deni imma bil-ġid – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-maħfra

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jekk xi ħadd jgħidlek li din hija kelma tqila ħafna, inti tifhem li għandu raġun għaliex dak li qed jitlob minna Ġesù fl-Evanġelju tal-lum minn kapitlu 5 skont San Mattew, hija forsi waħda mill-iżjed affarijiet diffiċli li jitlob minna: l-imħabba tal-għedewwa tagħna.

“Itolbu għal dawk li jippersegwitawkom” (Mt 5:44), għal dawk li jagħmlulkom il-ħsara. Hu juża kelma li forsi fiha ċ-ċavetta biex nifhmu x’qiegħed jitlobna: “Tkunu wlied Missierkom” (Mt 5:45)… Kompli aqra »

Nitolbu li jkollna familji Nsara mimlija għożża, li għalihom id-don tal-ulied hu veru barka – L-Arċisqof

Quddiesa fil-200 anniversarju mit-twaqqif tal-Knisja ta' San Lawrenz

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istorja li smajna fl-Ewwel Qari llum tagħtina spunt ta’ riflessjoni profond fil-kuntest ta’ din iċ-  ċelebrazzjoni kbira li qegħdin nagħmlu fil-200 sena, jew it-tieni ċentinarju, mit-twaqqif ta’ dan il-Kapitlu.

Ippermettuli l-ewwel nett insellem lill-mistednin distinti, Eċċellenzi, nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom hawnhekk illum. U għalkemm qegħdin ngħixu żminijiet partikolari ħafna, il-Mulej tana l-grazzja li llum nkunu nistgħu niltaqgħu bħala komunità, veru ristretta minħabba ċ-ċirkustanzi, imma għandna l-possibbiltà niċċelebraw l-Ewkaristija mill-ġdid f’din il-knisja kolleġġjata tant antika u tant għażiża… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 16 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 21, 17-29
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.11 u 16

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

Mhux għajn b’għajn u sinna b’sinna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għal dawk li ma setgħux jirċievu l-Ewkaristija fil-festa ta' Corpus

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L-espressjoni “għajn b’għajn u sinna b’sinna” hi espressjoni magħrufa li ġieli nisimgħuha wkoll fi żmienna. Forsi ħafna nies ma jafux li meta nsibuha fit-Testment il-Qadim din ma kinitx tfisser vendikazzjoni imma kienet anzi limitazzjoni, restrizzjoni, biex ma jkunx hemm vendikazzjoni. Dak iż-żmien, fejn fis-soċjetà għal kull daqqa li taqla’ tagħti ħafna aktar, kienu daħħlu fil-liġi “għajn b’għajn u sinna b’sinna” biex ikun hemm ġustizzja; biex min iressaq ilment, flok jieħu l-liġi b’idejh, ikollu għal dak li sofra kumpens jew azzjoni li tkun ugwali għal dak li jkun sofra… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Nirċievu lil Ġesù biex bejnietna jkun hemm l-għaqda u mhux il-firda

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum fl-Italja u f’nazzjonijiet oħra qed niċċelebraw is-solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, Corpus Domini.  Fit-tieni qari tal-liturġija tal-lum, San Pawl jerġa’ jkebbes il-fidi tagħna f’dal-misteru ta’ komunjoni (cfr i Kor 10,16-17).  Huwa jisħaq dwar żewġ effetti tal-kalċi li nixorbu u tal-ħobż li naqsmu: l-effett mistiku u l-effett komunitarju.

L-ewwel, l-Appostlu jafferma: “Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta’ Kristu?  U l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu?” (v… Kompli aqra »