Yearly Archives: 2020

Ħajr tal-koperazzjoni għall-Quddies

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li attendew għall-Quddies fil-knejjes bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda, tal-koperazzjoni tagħhom fir-rigward tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jipproteġu s-saħħa ta’ kulħadd. Grazzi wkoll lill-voluntiera kollha tal-għajnuna tagħhom.

Fuq Quddies.knisja.mt tistgħu ssibu lista aġġornata tal-ħinijiet tal-Quddies li qed jiġi ċċelebrat fil-parroċċi tagħna, kemm fil-jiem ta’ matul il-ġimgħa, kif ukoll is-Sibt u l-Ħadd li ġej… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 15 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 21, 1-16
Salm: 5, 2-3.5-6.7

L-Evanġelju: Mt 5, 38-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar… Kompli aqra »

Il-bidla li ġġib fina l-Ewkaristija – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa ta' Corpus Christi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-affarijiet sbieħ f’dawn l-aħħar ġimgħat f’din l-esperjenza diffiċli tal-pandemija kienet il-possibbiltà li nsegwu l-quddies jew fuq it-televixin jew online f’mumenti differenti tal-ġurnata. Kienet grazzja li aħna nistgħu ninġabru, nitolbu fis-skiet, u anke nsiru iktar midħla tal-Kelma ta’ Alla.

Imma aħna nafu li din mhijiex alternattiva għal li niltaqgħu flimkien, mhijiex l-istess bħal meta niltaqgħu hawnhekk flimkien fil-knisja… Kompli aqra »

It-talba tagħna hi li xufftejna jkunu strument ta’ mħabba u qatt ta’ tradiment u li nirċievu b’qalb safja l-Ġisem u d-Demm għeżież tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu (Corpus Christi)

  Il-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta' San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għamilna sawma ta’ tliet xhur u llum fil-parroċċi u l-knejjes tagħna l-komunità tista’ tibda terġa’ tiltaqa’ biex tisma’ l-Kelma ta’ Alla u tirċievi l-Ewkaristija.

Irridu nagħmlu dan f’kuntest partikolari li jeħtieġ ħafna restrizzjonijiet biex din il-laqgħa ta’ mħabba ma twassalniex għall-mard li jġib il-mewt imma tibqa’ tieħu ħsiebna; din il-laqgħa ma’ Ġesù tibqa’ tkun espressjoni ta’ mħabba u ta’ karità… Kompli aqra »

Quddies tal-Ħadd – 14 ta’ Ġunju

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu (Corpus Christi)

  Ir-Rabat, Malta

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat, fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mill-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat, fl-10:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Ġunju

Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 8, 2-3.14b-16a
Salm: 146 (147), 12-13.14-15.19-20
It-Tieni Qari: 1 Kor 10, 16-17

L-Evanġelju: Ġw 6, 51-58

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 13 ta’ Ġunju

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 19, 19-21
Salm: 15 (16), 1-2a u 5. 7-8.9-10

L-Evanġelju: Mt 5, 33-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”. Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir… Kompli aqra »