Yearly Archives: 2020

Quddies tal-Ħadd – 24 ta’ Mejju

Is-Seba' Ħadd tal-Għid u Tlugħ il-Mulej fis-Sema

  Il-Mellieħa u Ħal Balzan

Quddiesa bil-Malti mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fl-10:30am

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata f’Ħal Balzan fil-11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Mejju

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1,1-11
Salm: 46 (47), 2-3.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Ef 1, 17-23

L-Evanġelju: Mt 28, 16-20

Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. 

Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien… Kompli aqra »

Ċelebrat l-54 Jum Dinji għall-Komunikazzjoni dedikat lin-narrazzjoni tal-istejjer

Kull sena fil-Ħadd ta’ qabel Pentekoste l-Knisja madwar id-dinja tiċċelebra l-kisbiet fil-mezzi ta’ komunikazzjoni u tiffoka fuq kif l-aħjar tużahom biex tippromwovi l-valuri tal-Evanġelju. Din hi l-54 sena li qed tiġi ċċelebrata u l-Papa Franġisku ddedikaha lin-narrazzjoni tal-istejjer, “narrazzjoni li taf tħares lejn id-dinja u l-ġrajjiet tagħha bi ħlewwa; li tirrakkonta li aħna parti minn nisġa ħajja; li tikxef in-nisġa tal-ħjut li bihom aħna marbuta ma’ xulxin.”

Aqra l-messaġġ sħiħ tal-Papa Franġisku għall-54 Jum Dinji għall-Komunikazzjoni

Talba

Create in me oh God, a heart and a mind that can tell… Kompli aqra »

Tqassim ta’ ikel lir-refuġjati mill-Kummissjoni Emigranti

Fid-dawl tal-emerġenza preżenti minħabba l-COVID-19, it-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti qassmet mat-80 xirja ta’ ikel u bżonnijiet oħrajn ta’ kuljum lil familji ta’ refuġjati l-iktar fil-bżonn li qegħdin fid-djar immexxija minnha u lil xi familji oħrajn li joqogħdu fil-komunità.

Ix-xirjiet kienu jikkonsistu f’te, kafè, zokkor, għaġin, ross, zalza tad-tadam, żejt, patata, basal, gallettini u Nutella, flimkien ma’ prodotti tal-iġjene personali u għad-dar.

Mons… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 23 ta’ Mejju, 7pm

Is-Seba' Ħadd tal-Għid u Tlugħ il-Mulej fis-Sema

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Blessed Be Your Name ♫

Blessed Be Your Name
In the land that is plentiful
Where Your streams of abundance flow
Blessed be Your name

Blessed Be Your name
When I’m found in the desert place
Though I walk through the wilderness
Blessed Be Your name

Every blessing You pour out, I’ll
Turn back to praise
When the darkness closes in, Lord
Still I will say

Blessed be the name of the Lord
Blessed be Your name
Blessed be the name of the Lord
Blessed be Your glorious name

Blessed be Your name
When the sun’s shining down on me
When the world’s ‘all as it should be’
Blessed be Your name

Blessed be Your name
On the road marked with suffering
Though there’s pain in the offering
Blessed be Your name

Every blessing You pour out I’ll
Turn back to praise
When the darkness closes in, Lord
Still I will say

Blessed be the name of the Lord
Blessed be Your name
Blessed be the name of the Lord
Blessed be Your glorious name, oh
Blessed be the name of the Lord
Blessed be Your name
Blessed be the name of the Lord
Blessed be Your glorious name

You give and take away
You give and take away
My heart will choose to say
Lord, blessed be Your name

Qari I

Kien meħud ’il fuq waqt li huma kienu jħarsu lejh… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 23 ta’ Mejju

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Is-Sibt tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 23-28
Salm: 46 (47), 2-3.8-9.10

L-Evanġelju: Ġw 16, 23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat.

Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier… Kompli aqra »

Il-ferħ tagħna li ħadd ma jeħodhulna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal kull min tilef it-tama, biex il-Mulej jagħtihom l-hena u jkun id-dawl f’mumenti ta’ dlam

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom”. Dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum jinstema’ stramb meta jgħidu proprju fl-aħħar ċena, ftit mumenti qabel ma se jgħaddi mill-passjoni kiefra u l-mewt tiegħu. Qisu mhux floku li titkellem fuq il-ferħ meta hu kien jaf minn xiex se jgħaddi.

Imma Ġesù ried dejjem jitkellem ċar mal-appostli. Filwaqt li jippreparahom għal dik l-esperjenza kiefra li kien se jgħaddi minnha, u allura huma tant iħossuha, jippreparahom ukoll għal wara… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta

(xellug) Il-Kappillan Patri Alex Cauchi, l-Arċisqof Charles Scicluna u Patri Leslie Gatt, il-Provinċjal tal-Agostinjani

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ta l‑pussess tal‑ħatra lil Patri Alexander Cauchi, Agostinjan, bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, waqt Quddiesa li saret illum, festa ta’ Sta Rita ta’ Cascia li kienet soru Agostinjana. Il‑Quddiesa xxandret b’mod dirett fuq il‑paġna ta’ Facebook u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u ser tixxandar ukoll fil‑5:30 p.m… Kompli aqra »

Rita, magħżula mill-Mulej biex tkun xbieha tat-tbatija tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Santa Rita ta' Cascia li tat bidu għall-ħidma pastorali ta' Patri Alex Cauchi OSA bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Santu Wistin

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Rita kellha ħajja iebsa. Nistgħu ngħidu li l-imħabba tagħha miċ-ċokon u b’mod speċjali meta kienet għarusa u omm irżina kienet imdawra b’ħafna vjolenza. L-imħabba tagħha kienet bħal warda mdawra b’ħafna xewk.

L-ikonografija jew ix-xbihat li għandna ta’ Santa Rita jfakkruna li l-Mulej fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitha għażilha biex tkun xebh tat-tbatija tiegħu. Imma wkoll li bl-imħabba tagħha tegħleb it-tbatija u tittrasformaha… Kompli aqra »