Yearly Archives: 2021

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena – 1 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Jannar 2022

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 18-21
Salm: 95 (96), 1-2.11-12.13

L-Evanġelju: Ġw 1, 1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni… Kompli aqra »

L-għerf tal-anzjani tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ smajna r-rakkont tal-preżentazzjoni tal-Mulej ta’ Ġesù fit-tempju. Iltqajna ma’ raġel xwejjaħ jismu Xmun. Illum niltaqgħu ma’ mara xwejħa li hi wkoll parti minn dan ir-rakkont, minn din l-esperjenza ta’ Marija u Ġużeppi, li jieħdu lit-tarbija Ġesù ta’ 40 jum fit-tempju biex jiġi ppreżentat. Aħna fit-2 ta’ Frar nerġgħu nfakkru dan l-avveniment għax fit-2 ta’ Frar ikunu għaddew 40 jum mill-Milied u allura nfakkru l-40 ġurnata tal-Bambin Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza dwar l-immigrazzjoni: il-kawża kważi dejjem hi l-prepotenza u l-vjolenza tas-setgħanin

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nippreżentalkom lil San Ġużepp bħala migrant ippersegwitat u kuraġġjuż. Hekk jiddeskrivih l-Evanġelista Mattew. Din il-ġrajja partikulari tal-ħajja ta’ Ġesù, li tara bħala protagonisti anki lil Ġużeppi u lil Marija, hi magħrufa tradizzjonalment bħala “l-ħarba lejn l-Eġittu” (ara Mt 2:13-23). Il-familja ta’ Nazaret ġarrbet din l-umiljazzjoni u daqet hi stess il-prekarjetà, il-biża’, l-uġigħ ta’ qalb għax kellha tħalli artha… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 12-17
Salm: 95 (96), 7-8a.8b-9.10

L-Evanġelju: Lq 2, 36-40

Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb… Kompli aqra »

Tilqa’ l-ewwel student ir-residenza għal studenti li jridu jsiru qassisin

Casa Fratelli Tutti, ir-residenza li nfetħet f’Malta biex tilqa’ studenti minn pajjiżi oħra li jixtiequ jsiru qassisin, laqgħet l-ewwel student tagħha.

Rev. Mark Chitamaluka miż-Żambja qed isegwi kors fil-Fakultà tat-Teoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta biex jikseb il-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali.

Ir-rinovazzjoni ta’ Casa Fratelli Tutti saret wara li ntlaħaq ftehim bejn din il-Fakultà u l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Ir-rinovar sar mill-Fakultà, li se tibqa’ tieħu ħsieb l-ispejjeż ġenerali u dawk relatati ma’ manutenzjoni… Kompli aqra »

Il-Gvern Indjan iwaqqaf il-fondi barranin lis-Sorijiet ta’ Madre Tereża

Il-Gvern tal-Indja ħabbar li mhux se jġedded il-liċenzja li permezz tagħha, is-Sorijiet Missjunarji tal-Karità ta’ Madre Tereża fl-Indja jingħataw fondi u donazzjonijiet minn pajjiżi barranin.

F’Jum il-Milied, il-Gvern Indjan ħabbar li ma mhux se jġedded ir-reġistrazzjoni, wara li l-Gvern tal-Prim Ministru Narendra Modi ilu jaħdem biex iwaqqaf dawn il-fondi milli jingħataw lill-organizzazzjonijiet tal-karità Nsara, kif ukoll NGOs oħra li joperaw fl-Indja.

Is-Sorijiet Missjunarji tal-Karità twaqqfu fl-1950 u huma waħda mill-aktar organizzazzjonijiet tal-karità Kattoliċi magħrufa fid-dinja… Kompli aqra »