Arkivji mensili: Frar 2021

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna fi Frar 2021

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: ‘Ħallu lilkom infuskom tħossu l-qawwa sħiħa tal-Kelma t’Alla’

  Il-Vatikan

Addressing the faithful on the fourth Sunday in Ordinary Time from the Library of the Apostolic Palace, the Pope reflected on the reading from the Gospel of Mark (Mk 1: 21-28), that he explained, tells of a typical day in Jesus’ ministry: the Sabbath, a day dedicated to repose and prayer.

He described the reaction of those present in the synagogue of Capernaum where Jesus was reading and commenting on the Scriptures… Kompli aqra »

L-awtorità li teħles – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-raba' Ħadd taż-zmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa!” Dan kien il-kumment li għamlu n-nies li kienu ħdejn Ġesù dakinhar li hu daħal is-sinagoga u qagħad jgħallem hemm. Mill-ewwel impressjonahom. Kif semgħuh jgħallem, l-Evanġelju jgħid li baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax  kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, mhux bħall-kittieba. Imma aktar u aktar stagħġbu meta, kif naqraw fit-tieni parti tar-rakkont, Ġesù ħeles lil dak ir-raġel mill-ispirtu ħażin, u tah lura l-ħajja tiegħu libera… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jniedi l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani

Following the Angelus on Sunday, Pope Francis announced the institution of World Day for Grandparents and the Elderly, which will take place each year on the fourth Sunday in July, close to the feast of Sts Joachim and Anne, the grandparents of Jesus.

Recalling the upcoming feast of the Presentation of Jesus in the Temple – when the elderly Simeon and Anna encountered the child Jesus and recognized Him as the Messiah – Pope Francis said, “the Holy Spirit even today stirs up thoughts and words of wisdom in the elderly.” The voice of the elderly “is precious,” he said, “because it sings the praises of God and preserves the roots of the peoples.”

The elderly, he continued, “remind us that old age is a gift and that grandparents are the link between the different generation, to pass on to the young the experience of life.”

The elderly must not be forgotten

The Holy Father said he instituted the World Day of Grandparents and the Elderly because “grandparents are often forgotten, and we forget this wealth of preserving roots and passing on” what the elderly have received… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11, 32-40
Salm: 30 (31), 20.21.22.23.24

L-Evanġelju: Mk 5, 1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu 1waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »